Il-Parlament jesiġi għal vetturi iżjed nodfa fit-toroq Ewropej sal-2030
Fl-abbozz ta’ liġi, l-Ewro Parlamentari pproponew li jgħollu l-mira għat-tnaqqis ta’ fl-emissjonijiet tal-karozzi madwar l-Ewropa għal karozzi ġodda sal-2030 b’40 fil-mija (meta mqabbel mat-30 fil-mija tal-Kummissjoni Ewropea; sena ta’ referenza 2021) b’mira intermedjarja ta’ 20 fil-mija sal-2025. Miri simili ġew imwaqqfa għal vannijiet ġodda.
L-Ewro Parlamentari qablu li l-manifatturi li l-medja tagħhom ta’ l-emissjonijiet tad-dijossina tal-karbonju jeċċedu dawn il-miri se jħallsu ċitazzjoni lill-budget tal-UE, biex tintuża b’risq it-tisħiħ tal-ħiliet tal-ħaddiema affettwati bil-bidliet fis-settur tal-karozzi.
Il-manifatturi tal-karozzi wkoll iridu jassiguraw li vetturi b’ebda emissjoni jew b’emissjonijiet baxxi (ZLEVs) għandhom sehem fis-suq ta’ 35 fil-mija tal-bejgħ ta’ vetturi u vannijiet ġodda sal-2030, u 20 fil-mija sal-2025.
Test tal-emissjonijiet sal-2023
Il-Parlament talab lill-Kummissjoni Ewropea biex fi żmien sentejn tissottometti pjani għal test tal-emissjonijiet tad-dijossina tal-karbonju bl-użu ta’ apparat li jinġarr, bħal dak li kien introdott dan l-aħħar għall-NOx. Sa dak iż-żmien, l-emissjonijiet tad-dijossina tal-karbonju għandhom jiġu mkejla bbażati fuq informazzjoni mill-meters tal-konsum tal-fuel tal-karozzi. L-Ewro Parlamentari qed jgħidu li t-test tal-emissjonijiet mis-sewqan reali għandu jitħaddem mill-2023.
L-impatt soċjali tad-dekarbonizzazzjoni
L-Ewro Parlamentari jirrikonoxxu li tranżizzjoni ġusta u aċċettata soċjalment lejn il-mobbilta’ ta’ emissjoni-żero teħtieġ bidliet tul il-katina tal-valur tal-karozzi, bil-possibbilta’ ta’ effetti soċjali negattivi. Allura l-UE għandha tippromwovi l-iżvilupp tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur, partikularment f’reġjuni u komunitajiet l-aktar affettwati mit-traniżizzjoni. L-Ewro Parlamentari wkoll isejħu għal appoġġ fil-manifattura Ewropea tal-batteriji.
It-tikkettjar u l-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja
Sal-aħħar tal-2019, il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi leġislazzjoni biex tipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni preċiża u komparabbli dwar il-konsum tal-fuel, id-dijossina tal-karbonju u emissjonijiet li jniġġsu ta’ vetturi ġodda. U mill-2025, il-manifatturi tal-karozzi jridu jirrapportaw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet mill-karbonju ta’ vetturi ġodda li jitpoġġew fis-suq, bl-użu ta’ metodoloġija komuni.
L-Ewro Parlamentari Laburista Miriam Dalli qalet li “l-kisba tal-appoġġ tal-Parlament Ewropew għall-mira ta’ 40 fil-mija fl-emissjonijiet mid-dijossina tal-karbonju sal-2030 ma kinitx faċli u jien ninsab kburija mir-riżultat miksub. Ugwalment importanti hi l-mira tat-tnaqqis ta’ 20 fil-mija fl-emissjonijiet għall-2025.
Din il-leġislazzjoni tmur lil hinn mit-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jagħmlu ħsara u l-protezzjoni tal-ambjent. Il-leġislazzjoni tħares lejn it-twaqqif tal-aħjar inċentivi għall-manifatturi; tinkoraġġixxi l-investiment fl-infrastruttura; tipproponi tranżizzjoni ġusta għall-ħaddiema. Issa, inħares ‘il quddiem