L-Ewro Parlamentari addottaw liġi ġdida li żżid il-limiti tal-espożizzjoni għal ħames kimiċi li jagħmlu ħsara lil saħħet il-ħaddiema. L-Ewro Parlamentari addottaw it-test maqbul mill-Ministri Ewropej b’maġġoranza wiesgħa ta’ 586 vot kontra 10 u b’26 astensjoni. 

Il-leġislazzjoni żżid il-cadlium, il-beryllium, l-arsenic acid, il-formaldehyde u l-4,4’-Methylene-bis (2-chloraniline) (MOCA) mal-lista tal-UE ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara. Dawn il-kimiċi huma wżati f’firxa wiesgħa ta’ setturi, bħall-manifattura ta’ batterija bin-nickelcadmiumit-tidwib taż-żingu u r-ramm, fil-laboratorji, fl-elettronika, fil-funerali u l-ibbalzmar, fil-kostruzzjoni, fil-kura tas-saħħa, fil-plastik u fis-setturi tar-riċiklar. 

Ir-regoli l-ġodda se jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għal aktar minn miljun ħaddiem fl-UE  u jipprevjenu aktar minn 22,000 każ ta’ mard relatat max-xogħol. 

Perijodi tranżitorji 

It-test addottat jagħti dawn il-perijdi tranżitorji: 

  • Tmien snin għal cadmium, 
  • Seba’ snin għal beryllium u 
  • Erba’ snin għall-arsenic acid. 

Għall-Formaldehyde, perijodu tranżitorju ta’ ħames snin huwa previst biss għas-settur tas-saħħa u dak tal-funerali, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom. 

Il-Cadmium u drogi cytotoxic: aktar emendi possibbli 

Il-Kummissjoni Ewropea  se teżamina f’temp ta’ tliet snin jekk id-Direttiva għandhiex tkum emendata biex tinkludi aktar provvedimenti fuq il-cadmium. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Parlament, se tara li sa mhux aktar  tard mit-tmiem tat-tieni kwart tal-2020, tevalwa l-għażla li temenda d-Direttiva tal-Carcinogens u l-Mutagens (CMD) biex tinkludi sustanzi perikolużi, inkluż drogi cytotoxic, jew biex tipproponi strument aktar xieraq ħalli tassigura s-sigurta’ tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol.