L-inizjattivi taċ-ċittadini wrew li l-pubbliku jinsab imħasseb dwar il-bidla fil-ħin kull sentejn li timmarka l-bidu u t-tmiem tal-ħin tas-sajf, li bħalissa qed iseħħ fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Marzu u ta’ Ottubru. Diversi studji fallew milli jilħqu riżultat konklussiv, iżda jindikaw effetti negattivi dwar is-saħħa tal-bniedem. 

L-Ewro Parlamentari qed jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tagħmel studju rigoruż dwar id-direttiva tal-arranġamenti  fil-ħin tas-sajf u, jekk hemm bżonn, tressaq proposta sabiex tirrevediha. 

Ir-resoluzzjoni kienet addottata bi 384 vot favur, 153 vot kontra u 12-il astensjoni. 

Id-direttiva preżenti dwar arranġament fil-ħin tas-sajf, li daħlet fis-seħħ fl-2001, tipprovdi data u ħin armonizzat għall-bidu u t-tmiem tal-perijodu fil-ħin  tas-sajf madwar l-Unjoni Ewropea, bl-iskop li s-suq intern ikun megħjun biex jiffunzjona b’mod effettiv.