Il-Parlament Ewropew addotta il-pożizzjoni riveduta fin-negozjar dwar ir-regolamenti td-drittijiet tal-awtur, u żied is-salvagwardji biex ditti żgħar u l-liberta’ tal-espressjoni jkunu protetti.

Il-pożizzjoni tal-Parlament għal taħditiet mal-istati membri biex jinħalaq l-aħħar qbil kienet approvata b’438 vot favur u 226 vot kontra, b’39 astensjoni. Il-Parlament għamel xi bidliet importanti fil-proposta tal-Kumitat li kienet saret f’Ġunju.

Ġganti tat-teknoloġija se jaqsmu  d-dħul mal-artisti u l-ġurnalisti

Ħafna  mill-bidliet tal-Parlament għall-proposta oriġinali tal-Kummissjoni Ewropea għandhom l-għan biex jiċċertifikaw li l-artisti, partikularment, il-mużiċisti, l-awturi kif ukoll pubblikaturi tal-aħbarijiet u ġurnalisti, ikunu mħallsa għax-xogħol tagħhom meta jkun  użat minn pjattaformi bħal YouTube jew Facebook, u Google News.

Ħlas  ġust għal artisti u ġurnalisti filwaqt  li jkunu inkuraġġiti l-istart-ups

Il-pożizzjoni tal-Parlament issaħħaħ il-pjani proposti tal-Kummissjoni sabiex il-pjattaformi online iwieġbu għal ksur fil-copyright. Dan ukoll se japplika għal siltiet,  fejn  parti żgħira biss tat-test tal-pubblikatur, tkun murija. Fil-prattika, dan il-ksur jeħtieġ lil dawn il-partijiet sabiex iħallsu lill-awturi għal materjal li jkun pubblikat bi dritt u li jkun ġie magħmul disponibbli. It-test tal-Parlament ukoll jitlob b’mod speċifiku li l-ġurnalisti nfushom, u mhux biss id-djar tagħhom tal-pubblikazzjoni, jibbenefikaw minn ħlas li joħroġ minn dan il-ksur.

Fl-istess waqt, f’attentat biex  ikunu inkuraġġiti l-istart-ups u l-innovazzjoni, it-test issa jeżenta lil pjattaformi żgħar mid-direttiva.

Il-protezzjoni  tal-liberta tal-espressjoni

It-test jinkludi provvedimenti sabiex ikun assigurat li l-liġi tal-copyright tkun osservata fuq l-internet mingħajr ma jkun hemm tfixkil lil-liberta’ tal-espressjoni.

Għalhekk, il-qsim ta’ hyperlinks lill-artikli, flimkien ma’ “kliem individwali” biex jiddeskrivuhom, se jkunu ħielsa minn restrizzjonijiet tal-copyright.

Kull azzjoni meħuda mill-pjattaformi biex tivverifika li l-uploads ma  jmorrux kontra r-regolamenti tal-copyright iridu jkunu disinjati b’tali mod sabiex ikunu evitati “xogħolijiet li ma jiksrux il-liġi”. Dawn il-pjattaformi, madankollu, se jkunu mitluba biex jistabbilixxu sistemi ta’ rimedju mgħaġġlin li permezz tagħhom l-ilmenti jistgħu jitressqu meta upload titneħħa bi żball.

Wikipedia u  pjattaformi ta’ software għal sorsi miftuħa mhux se jintlaqtu

It-test ukoll jispeċifika li uploading għal eniċlopediji fuq l-internet b’mod mhux kummerċjali, bħal Wikipedia, jew pjattaformi ta’ software għal sorsi miftuħa,  bħal GitHub, se   jkunu awtomatikament  esklużi mill-prerekwiżit sabiex ikun hemm  konformita’ mar-regolamenti tad-drittijiet tal-awtur.

Drittijiet tan-negozjar aktar b’saħħithom għal  awturi u artisti

It-test tal-Parlament ukoll isaħħaħ id-drittijiet tan-negozjati tal-awturi u l-artisti, billi jkunu kapaċi “jiksbu” ħlas addizzjonali mill-parti li tisfrutta d-drittijiet tagħhom meta l-ħlas oriġinarjament maqbul ikun baxx b’mod sproporzjonat meta  mqabbel mal-benefiċċji miksuba.

It-test iżid li dawn il-benefiċċji għandhom jinkludu “dħul indirett”. Se jkun ukoll qed isaħħaħ lill-awturi u l-artisti biex jirrevokaw jew itemmu l-esklussivita’ ta’ liċenzja ta’ sfruttament għax-xogħol tagħhom jekk il-parti li  żżomm id-drittijiet tal-isfruttament ma  tkunx qed teżerċizza dan id-dritt.