Kull sena l-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapport dwar ix-xejriet tal-mobbiltà tal-ħaddiema fil-pajjiżi tal-UE u tal-EFTA.

Ir-rapport għall-2019 li kien ippubblikat reċentement, jenfasizza li l-mobbiltà bejn l-istati membri kompliet tikber iżda b’pass aktar bil-mod milli fis-snin preċedenti, bi 17.9 miljun persuna li jiċċaqilqu fit-28 pajjiż tal-UE (Renju Unit inkluż), li minnhom 13-il miljun kellhom bejn 20 u 64 sena.

Ftit inqas minn nofs dawn il-persuni (46%) jgħixu fil-Ġermanja u fir-Renju Unit, u 28% oħra fi Franza, l-Italja u Spanja. Barra minn hekk, aktar minn 50% tal-persuni li jiċċaqilqu mill-UE kienu ċittadini Rumeni, Pollakki, Taljani, Portugiżi jew Bulgari. Flimkien ammontaw għal 6.9 miljun minn 11.9 miljun persuna li jiċċaqilqu fl-età tax-xogħol (20 – 64 sena)

Fattur li se jaffettwa l-mobbiltà tax-xogħol fl-UE huwa l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Id-drittijiet taċ-ċittadini tal-27 pajjiż tal-UE li diġà jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit u dawk iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu u jaħdmu fl-UE se jkunu protetti aktar, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-Irtirar. Madankollu, għalissa r-Renju Unit għadu pajjiż ewlieni ta’ destinazzjoni għall-ħaddiema fl-UE.

Ir-rapport kollu: Annual Report on Intra-EU Labour Mobility – 2020 

Verżjoni mqassra: Labour mobility at a glance