Il-MEUSAC qed tagħmel valutazzjoni tal-partijiet interessati
Il-MEUSAC bħalissa qed tagħmel eżerċizzju estensiv ma’ diversi partijiet interessati f’tentattiv biex tidentifika l-aktar metodi effettivi ta’ involviment biex jingħata servizz aħjar lil partijiet interessati li ġejjin minn diversi setturi. Din hi l-ewwel serje ta’ azzjonijiet li qed isiru bħala parti minn proġett li qed ikun parzjalment finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF). Il-MEUSAC ingħatat aktar minn €134,000 f’fondi Ewropej biex jimplimenta l-proġett.
Il-proġett, bl-isem ta’ ENGAGE: Enhancing Stakeholder participation in Social Dialogue, hu fl-aħħar mill-aħħar immirat biex isaħħaħ il-kwalita’ tad-djalogu soċjali f’Malta, u jżid l-involviment tal-partijiet interessati. L-ewwel tliet azzjonijiet li jkopru dan il-proġett jiffokaw fuq analiżi dwar l-involviment tal-partijiet interessati, li tfittex li ġġib konkorrenza minn diversi partijiet interessati fi ħdan il-korpi kostitwiti u s-soċjeta’ ċivili. L-idea hi li tanalizza kif il-partijiet interessati huma konxji tas-servizzi provduti mill-MEUSAC u l-opportunitajiet disponibbli biex jipparteċipaw fil-proċess Ewropew tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-fondi Ewropej.
Azzjonijiet oħrajn jinkludu t-taħriġ lill-istaff tal-MEUSAC fuq diversi livelli kif ukoll il-kapaċita’ biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati.
Għal aktar informazzjoni, applika hawn.