Il-Kalkulatur tal-Credit Card My ĠEMMA
Niżżel il-kalkulatur billi tagħfas hawn.
Jekk ma tużax sew il-credit card tiegħek x’aktarx li tinqabad fi kwistjonijiet finanzjarji – taqa’ lura fil-ħlasijiet, tħallas interessi ogħla u tikseb klassifikazzjoni tal-kreditu negattiva fost oħrajn.
Dan il-kalkulatur jippermettilek tqabbel l-użu ta’ żewġ credit cards billi tuża żewġ parametri ewlenin differenti. Bi credit card 1 il-parametru ewlieni huwa l-ħin li tieħu biex tħallas il-bilanċ ta’ kreditu li għandek tagħti. Dan il-parametru jidher fl-ewwel kolonna. Bi credit card 2, il-parametru ewlieni huwa l-ħlas minimu ta’ kull xahar li se tagħmel. Dan il-parametru jidher fit-tieni kolonna.
Il-kalkulatur jippermettilek issib liema metodu jaħdem l-aħjar għalik. Forsi, aktar importanti minn hekk jippermettilek issib x’inhu l-impatt fuq id-deċiżjonijiet li tieħu fir-rigward ta’ kif tħallas il-flus li għandek tagħti.
Allura, pereżempju, fil-kalkulatur ta’ credit card 1 tikkalkula l-impatt tal-imgħax li kieku kellek tħallas il-flus f’10 xhur. Il-kalkulatur juri li biex tħallas il-kreditu dovut f’10 xhur, trid tħallas pagament bin-nifs ta’ kull xahar ta’ €209.28 inkluż imgħax ta’ kull xahar ta’ €16.67 – bil-ħlas totali jkun ta’ €2,173.06, li minnhom l-imgħax huwa ta’ €173.06.
Jista’ jkun li tkun trid tikkalkula jekk tkunx deċiżjoni aħjar jekk tħallas ħlas ta’ kull xahar aktar baxx sabiex ikollok aktar dħul disponibbli f’idejk – tiddeċiedi dwar ħlas ta’ €70 fix-xahar. Tikkalkula dan fuq credit card 2. Il-kalkulatur jurik li din hija għażla għalja li tieħu 33 xahar biex tħallas il-bilanċ tal-kreditu. Il-ħlas totali jilħaq €2,625.00 li minnhom €625.00 ikunu imgħax.
It-tabella t’hawn taħt turi kif dawn il-kalkoli huma murija mill-kalkulatur.