Il-gwida fil-karriera hi kunċett importanti li, jekk applikat b’mod utli, jista’ jgħin biex jiggwida lin-nies sabiex jagħżlu l-aħjar karriera. Barra minn hekk, id-dinja dejjem tinbidel tax-xogħol issejjaħ għat-tiġdid tar-rwol u l-prattiċi ta’ servizzi ta’ impjieg fiċ-ċivil ħalli jinbnew u jkunu żviluppati sistemi fil-gwida tal-karriera u t-tagħlim ta’ matul il-ħajja. 

Sabiex taġġorna tali kunċetti, il-Practitioner’s toolkit for PES Building Career Guidance and Lifelong Learning jippreżenta kunċetti u għodda għal servizzi ta’ impjieg fiċ-ċivil sabiex ikunu studjati l-ħtiġiet u jsaħħaħ il-gwida fil-karriera kif ukoll sistemi u servizzi fit-tagħlim ta’ matul il-ħajja. 

Skont il-Kummissjoni Ewropea, “l-għodda tal-prattikant tipprovdi tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet, fosthom: liema msieħba tista’ tikkoopera magħhom l-PES, u liema servizzi għandhom ikunu offruti lil persuni fi stadji differenti ta’ ċiklu tal-ħajja”. 

L-għodda nnifisha “hi miktuba għal timijiet f’PES fejn is-servizzi u s-sħubiji huma kunsidrati u pjanati, jaħdmu flimkien mal-edukazzjoni, ma’ min  iħaddem, organizzazzjonijiet ta’ terzi setturi, u oħrajn fil-bini u t-tisħiħ tal-gwida tal-karriera u sistemi ta’ tagħlim ta’ matul il-ħajja.” 

L-għodda hi wkoll utli meta wieħed jiġi biex jibni pjani ta’ azzjoni mmirati biex jindirizzaw temi ta’ servizzi ta’ impjieg fiċ-ċivil.