Għaddew għaxar snin mindu faqqgħet il-kriżi finanzjarja li bidlet id-dinja fl-2008. Ftit dakinhar qatgħu dwar is-saħħa tagħha u l-konsegwenzi fit-tul li kien se jkollha. 

Ir-rabta tal-ekonomija u s-settur finanzjarju ffaliċitat it-tixrid tal-kriżi mill-Istati Uniti sal-Ewropa. 

L-ewwel, l-UE iffaċċjat ir-Riċessjoni l-Kbira fil-perijodu 2008-2009 u mbagħad, wara rkupru qasir, diversi stati membri ċedew għall-kriżi tad-dejn. Il-kriżijiet magħqudin kellhom konsegwenzi katastrofiċi għat-tkabbir ekonomiku, l-investiment, ix-xogħol u l-pożizzjoni fiskali ta’ diversi stati membri. L-UE kienet involuta f’miżuri ta’ rimedji għal perijodu qasir, bħalma huma bailouts biex il-banek jibqgħu jaħdmu u għajnuna lil  pajjiżi li kellhom problemi  finanzjarji, filwaqt li fl-istess  waqt irriformat il-qafas inadekwat. 

Filwaqt li  sinjali ta’ irkupru moderat urew fl-2014, ir-riskju li pajjiżi jaqgħu taħt deflazzjoni jew staġnar sekulari baqa’ għoli, u kien biss fl-2017 li l-ekonomija Ewropea rritornat fi stat bħal dik  qabel il-kriżi. 

Is-sinjali fl-2019, madankollu ma  kinux sbieħ. Ħafna sforzi saru biex itejbu r-resiljenza fl-UE u z-zona Ewro. Dawn inkludew it-tisħiħ tal-istabbiltà tas-settur finanzjarju, it-tisħiħ tal-governanza ekonomika, il-ħolqien ta’ salvagwardja għall-istati membri li jkunu f’diffikultà u t-twettiq ta’ riformi strutturali, partikularment fil-pajjiżi l-aktar affettwati. Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) ħa miżuri politiċi mhux konvenzjonali. 

Madankollu, ħafna jargumentaw li r-ritmu tar-riformi naqas konsiderevolment mill-2013 meta s-sitwazzjoni ekonomika bdiet tmur għall-aħjar. Il-legat tal-kriżi għadu preżenti, u ħafna sfidi għadhom jippersisti. Dawn jinkludu n-nuqqas ta’ viżjoni ċara u maqbula għall-futur tal-unjoni ekonomika u monetarja (EMU), żbilanċi makroekonomiċi li ma jispiċċaw  qatt u żbilanċi pubbliċi għoljin f’diversi stati membri, u r-riskju dejjem għaddej ta’ sitwazzjoni negattiva bejn il-pajjiżi membri u s-settur bankarju. Vulnerabbiltajiet ta’ wara l-kriżi wkoll jinkludu inugwaljanzi li qed joktru, qgħad fost iż-żgħażagħ u livelli għoljin ta’ faqar.