ĠEMMA Ftit huwa video interattiv iddisinjat apposta minn ĠEMMA għal tfal bejn is-6 u l-11-il sena bil-ħsieb li nedukawhom dwar il-prinċipji fundamentali tal-immaniġġjar tal-flus: ibbaġitjar u prijoritizzazzjoni, iffrankar, immaniġġjar tad-dejn, li wieħed ikollu xibka ta’ sigurtà tal-flus, u ppjanar għall-futur.

Dan il-video interattiv jitmexxa minn ĠEMMA stess. Uliedek jew in-neputijiet tiegħek jistgħu isegwu dan il-video waħedhom. Madankollu nirrakkomandaw li l-aħjar użu ta’ dan il-video huwa li tpoġġi bilqiegħda mat-tfal jew in-neputijiet tiegħek u tarawh flimkien. B’dan il-mod tista’ tiddiskuti mat-tfal jew in-neputijiet tiegħek ir-riżultati punti ewlenin fuq immaniġġjar tal-flus li nixtieq li tfal tagħna jitgħallmu minn età żgħira. ĠEMMA għamlet dan il-video flimkien mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni
Agħfas hawn taħt sabiex tniżżel il-vidjow ta’ ‘ĠEMMA Ftit’.

Għarrafna bil-ħsibijiet tiegħek, filwaqt li nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. F’ĠEMMA ninkoraġġuk biex tagħti din il-link jew dan il-video, flimkien mal-kalkulatur, lill-ħbieb jew pubblikament fuq il-paġna tiegħek ta’ Facebook stess.

Żur il-paġna ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmlilna Like!