Erasmus ġdid: opportunitajiet oħrajn għal żgħażagħ żvantaġġjati
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni approva l-programm tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ Erasmus+, fejn ippropona sett dettaljat ta’ miżuri biex jelimina l-ostakli ekonomiċi, soċjali u kulturali kollha u jħalli aktar nies biex jieħdu sehem fi skemi differenti tal-mobbilta’ għat-tagħlim.
L-Ewro Parlamentari staqsew lill-Kummissjoni Ewropea u lill-aġenziji nazzjonali tal-Erasmus biex ifasslu qafas Ewropew għall-inklużjoni u jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għall-inklużjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-addattament tal-fondi għall-ħtiġiet tal-parteċipanti u, partikularment, appoġġ finanzjarju għall-mobbilta’, billi jkunu aġġustati l-għotjiet ta’ kull xahar u l-verifika regolari tal-ispejjeż tal-għajxien.
Appoġġ speċjali għall-mobbilta’ ta’ nies b’inqas opportunitajiet ukoll iridu jkunu previsti u jinkludu t-taħriġ fil-lingwa, appoġġ amministrattiv jew opportunitajiet fit-tagħlim elettroniku.
Is-sħubiji ġodda fuq skala żgħira li huma proposti jippermettu lill-organizzazzjonijiet b’inqas esperjenza jew kapaċita’ operattiva żgħira biex jipparteċipaw fil-programm, speċjalment organizzazzjonijiet li jaħdmu direttament ma’ persuni żvantaġġjati.
L-Ewro Parlamentari wkoll jallokaw mill-ġdid il-budget lil elementi differenti fil-programm, joffru l-għażla lill-istaff fl-edukazzjoni bikrija, atleti żgħażagħ u coaches tal-isport biex jipparteċipaw fi skemi tal-mobbilta’. Skambji fl-edukazzjoni vokazzjonali, speċjalment f’reġjuni mal-fruntieri, ukoll qed jingħataw il-prijorita’ fi programm ġdid, bil-budget tiegħu wkoll jiżdied fit-test approvat.
L-Ewro Parlamentari jipproponu aktar sinerġiji ma’ programmi ta’ fondi Ewropej oħrajn, ħalli l-ko-finanzjament ikun jista’ jiġi wżat biex jikkumplimenta għotjiet, trasport, spejjeż tal-għajxien għal studenti żvantaġġjati li jkunu aġġustati skont il-ħtieġa jew biex jiffinanzjaw proġetti ġodda.