Kummenti tal-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella fuq il-proposta ta’ sħubija mandatorja fi trade union għall-ħaddiema. Il-UHM temmen li din għandha tapplika għal ħaddiema bi dħul baxx għax l-iktar li jistgħu jiġu sfruttati. Temmen ukoll li hemm bżonn miżuri biex ikun miġġieled il-fenomenu tal-free riders (jiġifieri min igawdi kundizzjonijiet aħjar grazzi għal ftehim kollettiv negozjat minn union imma ma jkunx membru tal-istess union).