Trid tkun taf aktar dwar għaliex huwa importanti għaliex huwa importanti li jkollok fond ta’ flus għal dak li jist jinqal? Ara l-filmat tal-Fond Rainy Day tagħna billi tikklikkja hawn.   Dan il-filmat tal-ĠEMMA fuq fond ta’ flus għal dak li jist jinqal twettaq mas-sieħeb strategiku tagħna, il-Bank Ċentrali ta ’Malta.  

L-artiklu tal-lum ikompli d-diskussjoni ta’ ĠEMMA dwar fond finanzjarju għal li jista’ jinqala’. Kif tibda tibni fond għal li jista’ jinqala’? Nissuġġerixxu li tibda tpoġġi ammont żgħir ta’ flus kull xahar – skont dak li taqla’ tibda b’xi ħaġa minn €25 sa €50 fix-xahar. Nirrakkomandaw li tagħmel direct order mal-bank tiegħek, sabiex hekk kif iċ-ċekk tax-xogħol tiegħek jiġi, il-flus jidħlu immedjatament fil-fond tiegħek. Jekk tinqala’ l-opportunità, ipprova żid dak l-ammont. Inti ġġemma’ fil-fond għal li jista’ jinqala’sakemm tilħaq il-mira tiegħek.

Il-mistoqsija issa hija: kemm flus għandek tagħmel f’fond għal li jista’ jinqala’? Filwaqt li trid tħallas tiswija mhux mistennija, jew tibdel friġġ li tmurlek, huwa importanti li l-fond ikollu biżżejjed flus biex ikoprik għal numru ta’ xhur fil-każ li tispiċċa f’sitwazzjoni mwegħra.

Bħala minimu l-fond għal li jista’ jinqala’ għandu jagħmel tajjeb għal sitt xhur. Il-fond għandu jkopri l-ispejjeż tal-għajxien tiegħek – dejn jew kera, kontijiet u affarijiet oħra li huma “ħtieġa”. Il-fond għandu jservi biex ikopri affarijiet tad-dar jew tal-karozzi li jistgħu jmorru ħażin. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-ammonti, ibbażati fuq studju tar-Renju Unit imwettaq minn Money Advise fir-Renju Unit fl-2016 u aġġustati għal Malta.

Jista’ jkun li tixtieq tikkunsidrahom għal referenza meta tkun qed tikkalkula kemm għandek tinvesti fil-fond għal li jista’ jinqala’.  Fond għal li jista’ jinqala’ jirrifletti ċ-ċirkostanzi personali tiegħek.

 
tiswija tal-karozza1000
nuċċali           180
ħsara teknoloġika300
vet (fis-sena)600
magna tal-ħasil350
tiswijiet ta’ emerġenza700
Spejjeż tat-tfal mhux mistennija300
ħsara fil-mowbajl150
ħsara fil-gyser500

M’hemm l-ebda tweġiba tajba jew ħażina. Regola prattika li ġeneralment hija rakkomandata hija li għandek ġġemma’ minimu ta’ tlieta sa mill-inqas sitt xhur ta’ spejjeż fil-fond tiegħek u jekk jista’ jkun toqrob lejn sitta biex tkun kawt. Għalhekk, biex jiġi enfasizzat mill-ġdid il-fond għal li jista’ jinqala’ huwa li jkopri kemm l-ispejjeż ta’ emerġenza kif ukoll dawk mhux mistennija. Il-kopertura tal-emerġenza hija differenti minn persuna għal oħra – tista’, pereżempju, tkun telf ta’ dħul mill-impjiegi.

Huwa importanti, għalhekk, li tifhem x’inhuma l-ispejjeż essenzjali tiegħek – jew il-ħtiġijiet tiegħek. Dawn jistgħu jikkonsistu f’ikel, djun essenzjali li trid tħallas bħal self fid-dar jew dejn tal-karti ta’ kreditu, eċċ. Jista’ jkun xieraq li ma tipprovdix kopertura għall-ikel, u spejjeż oħra li mhux essenzjali u l-ewwel li jiġu sagrifikati f’każ ta’ emerġenza.

Għalhekk, jekk tassumi li l-ispejjeż essenzjali tiegħek huma ta’ €1,500, u stabbilejt l-fond għal li jista’ jinqala’ għal sitt xhur, il-kopertura ta’ emerġenza tiegħek se tkun ta’ €9,000. Ma’ dan se żżid ammont ta’ €3,000 biex tkopri spejjeż mhux mistennija. Il-fond tiegħek, għalhekk, se jkun ta’ €12,000 – u jipprovdilek kopertura ta’ kull xahar tal-perjodu ta’ 6 xhur ta’ €2,000. Hekk kif tibni l-fond ta’ emerġenza tiegħek, għandek l-għan li tpoġġi 10% tas-salarju tiegħek fil-fond tiegħek.

Ta’ importanza hija li meta tiġi bżonn il-fond għal li jista’ jinqala’ biex timmaniġġja spiża mhux mistennija terġa’ tibda tfaddal fil-fond tiegħek sakemm il-valur fil-mira jerġa’ jitla’.