Nibnu UE iżjed inklussiva u ġusta
Sabiex l-UE tirkupra mill-kriżi kurrenti, teħtieġ li tiġġenera l-irkupru, tibni r-reżiljenza u tiggwida l-ekonomiji tul medda ta’ transizzjonijiet ġusti, ambjentali u diġitali. L-irkupru jrid ikun inklussiv u ġust. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jipprovdi direzzjoni sabiex jindirizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi ta’ żmienna.
Sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Pilastru u tħejji għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru (li se jkun ippreżentat fil-bidu tal-2021), il-Kummissjoni Ewropea nediet diskussjoni wiesgħa mal-pajjiżi, reġjuni u l-korpi interessati kollha tal-UE biex jesprimu l-ideat tagħhom kif l-ekonomija tas-suq soċjali tal-UE tista’ tassigura transizzjonijiet ġusti għal kulħadd.
Il-Kummissjoni għalhekk qed tistenna rispons permezz ta’ konsultazzjoni miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2020 dwar azzjoni politika ġdida jew inizjattivi legali fuq livelli differenti (UE, nazzjonali, reġjonali, lokali) u/jew ikunu mwiegħda impenji konkreti bħala stat membru, reġjun, belt jew organizzazzjoni lejn l-implimentazzjoni tal-Pilastru.