“Il-futur tal-Belarus jista’ biss jiġi determinat miċ-ċittadini tiegħu permezz ta’ proċess demokratiku normali li jħares il-libertajiet tagħhom. Intervent minn barra fil-kriżi li għaddej minnu l-pajjiż mhux se jkun tollerat. 

David Sassoli, il-President tal-Parlament Ewropew stqarr  li “hemm kull raġuni biex wieħed jibża’ minn repressjoni li  qed teskala u minn intervent militari, u jien għandi messaġġ ċar għal dawk  li jemmnu li jistgħu jaqsmuna: m’hemmx Ewropej li mhumiex inkwetati. Aħna l-Ewropej ninsabu magħqudin li nkunu mħassbinallarmati, u jien nixtieq li dan il-Kunsill jikkonferma li t-tweġiba tagħna hi l-aħjar waħda. 

“Naħseb li lkoll taqblu miegħi li d-dmir tagħna hu li nagħmlu dak kollu possibbli biex inwaqqfu l-vjolenza u  nassiguraw li dawk  responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja. 

“F’Minsk kif ukoll fi bliet u rħula oħrajn, irġiel u nisa qed jiġġieldu għall-valuri li huma familjari għal tagħna, għaliex dawn isaħħu l-Unjoni: id-dinjità tal-individwu, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u d-demokrazija. 

“Jiena nemmen li huwa dmirna, mhux biss bħala ġirien u ħbieb, imma fuq kollox bħala rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet demokratiċi, li ngħinu liċ-ċittadini ta’ Belarus fit-triq lejn l-indipendenza, u jkunu determinati li jaġixxu kontra dawk li jridu l-vjolenza. 

“Irridu nagħmlu dan mhux biss għax iċ-ċittadini fil-pajjiżi tagħna, fil-Lvant u fil-Punent tal-UE, jistennewh minna, imma wkoll għaliex ikun sempliċiment inaċċettabbli li inħallu, bla saħħa jew bla ħsieb, f’idejn id-destin  ta’ poplu dħuli lil hinn mill-fruntieri tagħna. 

“Il-ħidma tagħna hija ċara: nappoġġjaw is-sejħiet magħmula mill-poplu tal-Belarus għal elezzjonijiet ġodda biex isiru mill-aktar fis possibbli u niggarantixxu li atti ta’ vjolenza u tortura jiġu investigati u kkastigati. 

“Irridu nagħmlu pressjoni b’kull mezz possibbli sabiex nassiguraw li l-priġunieri arrestati sa mid-9 ta’ Awwissu, jinħelsu, jiġi rijabilitati u jkunu kkumpensati. 

“Is-sanzjonijiet huma strument importanti li huma disponibbli għall-Unjoni Ewropea, u l-Parlament isejjaħ lill-Kunsill biex jużahom b’ebda dewmien sabiex  nivverifikaw u nikkastigaw il-vjolazzjonijiet serji li seħħew fuq id-drittijiet tal-bniedem. Dawk is-sanzjonijiet jistgħu jinkludu l-iffriżar tal-assi ta’ dawk li abbużaw mill-poter tagħhom u li kisru l-libertajiet fundamentali. 

“Ninsabu mħassba ħafna dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u nemmnu li l-unika triq vijabbli ‘l quddiem hija tad-djalogu bl-involviment tal-partijiet interessati kollha nazzjonali u internazzjonali sabiex soluzzjoni paċifika tiġi assigurata.