Imnedija korsijiet li jwasslu għall-O’Levels u għall-A’Levels 

FSS Ltd, il-kumpanija sussidjarja tal-UĦM, ilha għal dawn l-aħħar ftit sninminn ta’ quddiem tipprovdi ħiliet għax-xogħol lil żgħażagħ li mhumiex fl-edukazzjonimhumiex jaħdmu jew li mhux qed jitħarrġu. FSS Ltd. ukoll għenet lil persuni adulti li kienu ilhom bla impjieg għal diversi xhur. Fil-fatt, FSS Ltd. kienet  strumentali biex mexxiet l-iskema Garanzija taż-Żgħażagħ u l-inizjattiva  Work ProgrammeAktar informazzjoni dwar dawn il-proġetti tinstab billi tidħol fuq dan il-link: http://www.fss.com.mt/elements/pages/about/). 

Barra minn hekkmatul din l-aħħar sena, FSS Ltd. bdiet tespandi u ħasset il-ħtieġa li twettaq eżerċizzju biex ittejjeb id-dehra u l-operat tagħha. Fil-fatt, FSS Ltd. se tibda tissejjaħ St. Gabriel’s InstituteSt. Gabriel’s Institute se jkun attiv fl-edukazzjoni u se jkun qed iżewweġ it-teknoloġija ma’ metodi tradizzjonali ta’ tagħlim. 

L-istudenti se jkollhom portal li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jiksbu n-noti kollha tagħhom u jkollhom aċċess għax-xogħol tagħhomAktar minn hekkil-ġenituri wkoll se  jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-progress tat-tifel/tifla tagħhomApp fuq il-mowbajl ukoll se tiġi introdotta sabiex dan it-tagħrif ikun disponibbli. 

Sabiex tniedi d-dehra ġdida tagħha, FSS Ltd. bdiet toffri korsijiet li jwasslu għall-eżamijiet  talO’Levelstal-A’Levels jew dawk Intermediate f’Mejju 2020. Il-prezzijiet introduttorji se jkunu €48 kull xahar għall-korsijiet tal-O’Levels u €96 kull xahar għall-korsijiet Intermediate jew tal-A’Levels. 

Jekk inti interessat/a, applika u ħallas onlajn fuq dan is-sit: http://www.fss.com.mt/product.may-2020-matsec-courses/Tista’ wkoll tħallas bi flus kontanti jew b’ċekkGħal iżjed informazzjoni dwar dawn il-korsijietibgħat email fuq jmicallef@fss.com.mt