Il-Parlament jaġġorna r-regolamenti Ewropej sabiex iħares aħjar lill-ħaddiema minn kimiċi li jikkawżaw il-kanċer
L-Ewro Parlamentari addottaw liġi ġdida li żżid il-limiti tal-espożizzjoni għal ħames kimiċi li jagħmlu ħsara lil saħħet il-ħaddiema. L-Ewro Parlamentari addottaw it-test maqbul mill-Ministri Ewropej b’maġġoranza wiesgħa ta’ 586 vot kontra 10 u b’26 astensjoni.
Il-leġislazzjoni żżid il-cadlium, il-beryllium, l-arsenic acid, il-formaldehyde u l-4,4’-Methylene-bis (2-chloraniline) (MOCA) mal-lista tal-UE ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara. Dawn il-kimiċi huma wżati f’firxa wiesgħa ta’ setturi, bħall-manifattura ta’ batterija bin-nickel–cadmium, it-tidwib taż-żingu u r-ramm, fil-laboratorji, fl-elettronika, fil-funerali u l-ibbalzmar, fil-kostruzzjoni, fil-kura tas-saħħa, fil-plastik u fis-setturi tar-riċiklar.
Ir-regoli l-ġodda se jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għal aktar minn miljun ħaddiem fl-UE u jipprevjenu aktar minn 22,000 każ ta’ mard relatat max-xogħol.
Perijodi tranżitorji
It-test addottat jagħti dawn il-perijdi tranżitorji:
- Tmien snin għal cadmium,
- Seba’ snin għal beryllium u
- Erba’ snin għall-arsenic acid.
Għall-Formaldehyde, perijodu tranżitorju ta’ ħames snin huwa previst biss għas-settur tas-saħħa u dak tal-funerali, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom.
Il-Cadmium u drogi cytotoxic: aktar emendi possibbli
Il-Kummissjoni Ewropea se teżamina f’temp ta’ tliet snin jekk id-Direttiva għandhiex tkum emendata biex tinkludi aktar provvedimenti fuq il-cadmium. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Parlament, se tara li sa mhux aktar tard mit-tmiem tat-tieni kwart tal-2020, tevalwa l-għażla li temenda d-Direttiva tal-Carcinogens u l-Mutagens (CMD) biex tinkludi sustanzi perikolużi, inkluż drogi cytotoxic, jew biex tipproponi strument aktar xieraq ħalli tassigura s-sigurta’ tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol.