Il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar nediet komunikat bit-tema ‘Teħid ta’ deċiżjonijiet  aktar effiċjenti fil-politika soċjali: identifikazzjoni ta’ oqsma għal moviment iktar b’saħħtu lejn votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. 

Skont it-titlu, l-iskop prinċipali hu li jinbeda dibattitu dwar il-fatt li mmorru lil hinmill-unanimita’ għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata f’numru ta’ oqsma relatati mal-politika soċjali. Skont il-Kummissjoni, din iċ-ċaqliqa tagħmel it-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-politika soċjali “aktar f’waqtha, flessibbli u effiċjenti fejn il-kompetemza Ewropea diġa’ teżisti”, filwaqt li wkoll tagħti vuċi akbar lill-Parlament Ewropew. 

Għalkemm il-komunikat m’għandux xi effett legali, il-Kummissjoni qed tipproponi li tikkunsidra l-użu tal-passerelle sabiex tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq innon-diskriminazzjoni. Il-komunikat imbagħad jissokta billi jissuġġerixxi li l-użu tal-klawsola passerelle tista’ wkoll tiġi kunsidrata fil-futur qrib sabiex “taddotta rakkomandazzjonijiet fil-qasam tas-sigurta’ soċjali u l-ħarsien soċjali tal-ħaddiema”. 

Marianne Thyssen, il-Kummissarju għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbilta’  fix-Xogħol, qalet: “Fid-diversita’ tagħhom, l-Istati Membri fl-aħħar mill-aħħar lkoll qed jistinkaw għal soċjeta’ iżjed ġusta bbażata fuq l-opportunitajiet indaqs u ekonomija tas-suq tax-xogħol li tħares il-futur. Hekk kif id-dinja tax-xogħol qed tinbidel, irridu nkunu kapaċi nagħmlu l-aħjar użu tal-istrumenti fil-kaxxa tal-għodda tagħna sabiex nindirizzaw l-isfidi komuni tagħna.”