Biex tkun finanzjarjament b’saħħtek hu importanti ħafna li żżomm id-djun tiegħek fil-livell li tista’ tiflaħ. Il-ħajja, sfortunatament, mhijiex dejjem għall-wita. Se jkun hemm mumenti meta l-finanzi tiegħek ikunu qed ibatu – u trid tiżgura li meta dan iseħħ tkun tista’ timmaniġġja d-djun tiegħek.

Niżżel il-kalkulatur tal-affordabbiltà tad-dejn tiegħi minn hawn

Biex id-dejn tiegħek ikun affordabbli, m’għandux jaqbeż il-35% tad-dħul tiegħek.

Id-dejn tiegħek huwa affordabbli?

Kif tuża il-Kalkulatur tal-Affordabbiltà tad-Dejn Tiegħi ta’ ĠEMMA.

Il-livell tekniku tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn huwa magħruf bħala l-“proporzjon tad-dejn mad-dħul”. Biex tiddetermina l-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn għandek telenka d-dħul disponibbli kollu tiegħek (jiġifieri dħul wara li tnaqqas it-taxxa fuq id-dħul u l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali) u d-djun kollha tiegħek. Eżempji jidhru fit-tabella hawn taħt:

Dħul DisponibbliĦlas ta’ Dejn Pendenti
Paga/SalarjuSelf għad-dar
AllowanceSelf għall-karozza
OvertimeSelf personali
Performance bonusKarta ta’ kreditu
Fringe benefitXiri bin-nifs

Dawn li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn:

  • Spejjeż tal-għajxien, bħall-kontijiet tal-merċa tiegħek.
  • Kontijiet bħal tad-dawl u l-ilma.
  • Kontijiet tas-servizz ta’ kull xahar, bħall-mowbajl, il-pakkett tat-TV u l-internet tiegħek.

Ikkalkula l-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn fuq bażi ta’ kull xahar. Biex tagħmel dan uża din il-formula:

Dħul Disponibbli kull xahar/Dejn ta’ kull xahar = (Salarju Nett Annwali wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali jew id-Dejn Annwali)  12

Jekk il-livell ta’ affordabbiltà tad-dejn tiegħek huwa:

  • 21% to 35%               Tinsab espost
  • 36% jew aktar           Tinsab fl-inkwiet

Jekk il-livell ta’ affordabbiltà tad-dejn tiegħek huwa ta’ 36% jew ogħla ĠEMMA jirrakkomandalek li tieħu l-passi li ġejjin:

  1. Kun żgur li l-ewwel tħallas id-dejn fuq l-elementi essenzjali tiegħek – id-dejn fuq id-dar – l-ewwel.
  2. Wara dan żgura li tħallas id-dejn bl-ogħla rata ta’ imgħax u Rata Perċentwali Annwali (APR).
  3. Ara jekk tistax iżżid id-dħul tiegħek sabiex tkun tista’ tħallas aktar mid-dejn tiegħek.