Taf x’inhu l-livell tiegħek ta’ dejn li tista’ tiflaħ?
Biex tkun finanzjarjament b’saħħtek hu importanti ħafna li żżomm id-djun tiegħek fil-livell li tista’ tiflaħ. Il-ħajja, sfortunatament, mhijiex dejjem għall-wita. Se jkun hemm mumenti meta l-finanzi tiegħek ikunu qed ibatu – u trid tiżgura li meta dan iseħħ tkun tista’ timmaniġġja d-djun tiegħek.
Niżżel il-kalkulatur tal-affordabbiltà tad-dejn tiegħi minn hawn
Biex id-dejn tiegħek ikun affordabbli, m’għandux jaqbeż il-35% tad-dħul tiegħek.
Id-dejn tiegħek huwa affordabbli?
Kif tuża il-Kalkulatur tal-Affordabbiltà tad-Dejn Tiegħi ta’ ĠEMMA.
Il-livell tekniku tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn huwa magħruf bħala l-“proporzjon tad-dejn mad-dħul”. Biex tiddetermina l-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn għandek telenka d-dħul disponibbli kollu tiegħek (jiġifieri dħul wara li tnaqqas it-taxxa fuq id-dħul u l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali) u d-djun kollha tiegħek. Eżempji jidhru fit-tabella hawn taħt:
Dħul Disponibbli | Ħlas ta’ Dejn Pendenti |
Paga/Salarju | Self għad-dar |
Allowance | Self għall-karozza |
Overtime | Self personali |
Performance bonus | Karta ta’ kreditu |
Fringe benefit | Xiri bin-nifs |
Dawn li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn:
- Spejjeż tal-għajxien, bħall-kontijiet tal-merċa tiegħek.
- Kontijiet bħal tad-dawl u l-ilma.
- Kontijiet tas-servizz ta’ kull xahar, bħall-mowbajl, il-pakkett tat-TV u l-internet tiegħek.
Ikkalkula l-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn fuq bażi ta’ kull xahar. Biex tagħmel dan uża din il-formula:
Dħul Disponibbli kull xahar/Dejn ta’ kull xahar = (Salarju Nett Annwali wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali jew id-Dejn Annwali) 12
Jekk il-livell ta’ affordabbiltà tad-dejn tiegħek huwa:
- 21% to 35% Tinsab espost
- 36% jew aktar Tinsab fl-inkwiet
Jekk il-livell ta’ affordabbiltà tad-dejn tiegħek huwa ta’ 36% jew ogħla ĠEMMA jirrakkomandalek li tieħu l-passi li ġejjin:
- Kun żgur li l-ewwel tħallas id-dejn fuq l-elementi essenzjali tiegħek – id-dejn fuq id-dar – l-ewwel.
- Wara dan żgura li tħallas id-dejn bl-ogħla rata ta’ imgħax u Rata Perċentwali Annwali (APR).
- Ara jekk tistax iżżid id-dħul tiegħek sabiex tkun tista’ tħallas aktar mid-dejn tiegħek.