Fil-25 ta’ Marzu, il-MEUSAC tnieda uffiċjalment taħt  isem ġdid bħala ‘Servizzi Ewropej f’Malta’- SEM. Waqt li tibni fuq il-wirt tal-MEUSAC, l-aġenzija l-ġdida tal-Gvern qed tadatta l-operazzjonijiet u s-servizzi tagħha biex taqdi l-bżonnijiet taċ-ċittadini u sservi bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt fi kwistjonijiet relatati mal-UE f’Malta u Għawdex.

Il-bidla fl-isem tirrifletti l-missjoni tal-aġenzija biex taqdi liċ-ċittadini f’Malta u Għawdex billi tinfurmahom, iżżommhom aġġornati u tinvolvihom fl-inizjattivi tal-UE drittijiet u opportunitajiet li ġejjin mis-sħubija fl-UE, inkluż il-finanzjament tal-UE.

Il-funzjonijiet tal-aġenzija l-ġdida jistgħu jinġabru fi tlieta:

  • INFORMAZZJONI liċ-ċittadini dwar l-inizjattivi, il-benefiċċji u l-opportunitajiet tal-UE.
  • L-INVOLVIMENT tal-partijiet interessati biex jgħidu tagħhom dwar il-politika u l-proposti leġiżlattivi tal-UE.
  • L-APPOĠĠ lill-organizzazzjonijiet mhux biss biex japplikaw għall-fondi tal-UE iżda wkoll fl-implimentazzjoni ta’ proġetti finanzjati mill-UE.

Is-servizzi kollha tal-Aġenzija huma bla ħlas u mogħtija minn tim ta’ persunal dedikati, impenjati li jagħtu servizz effiċjenti u personalizzat lil dawk li jfittxu l-għajnuna tagħhom.

Servizzi Ewropej f’Malta jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2200 3300, info.sem@gov.mt, u permezz tal-websajt www.sem.gov.mt.