Din is-sejħa, maħruġa taħt il-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza (REC), se tappoġġja proġetti li huma mmirati biex jipprevjenu l-mibegħda billi jitrawwmu t-tolleranza u l-għaqda soċjali, u forom partikulari oħrajn ta’ intolleranza, mibegħda kontra l-Musulmani, l-omosesswalita’, il-mibegħda kontra l-immigranti, reati ta’ mibegħda kontra persuni b’diżabbilta’, il-biża’ mill-Afrikani, fost forom oħrajn. 

Il-proġetti għandhom jimmiraw biex joħolqu għarfien aħjar bejn il-komunitajiet, titqajjem kuxjenza u jitħejjew kampanji jew inizjattivi indirizzati lill-pubbliku jew li gruppi partikulari u komunitajiet, kif ukoll biex ikunu organizzati attivitajiet konġunti ta’ tagħlim u jiġu skambjati l-aħjar prattiċi bejn  l-istati membri. 

L-applikanti eliġibbli jistgħu jew ikunu nazzjonali jew Transnazzjonali. L-għotja finanzjarja totali tal-UE applikata ma tistax tkun inqas minn €75,000 bir-rata tal-ko-finanzjament Ewropew tkun ta’ 80 fil-mija tal-ispejjeż eliġibbli. 

Jekk int interessat/a biex tirċievi l-għajnuna fil-proċess għall-applikazzjoni tal-finanzjar mill-UE, tista’ tagħmel appuntament mat-tim tal-finanzjar tal-UE fil-MEUSAC billi tibgħat  email fuq funding.meusac@gov.mt jew billi ċċempel 22003300. 

Għal aktar  informazzjoni dwar din is-sejħa żur is-sit https://bit.ly/2Cnz0ll