Tariffi iżjed għoljin jistgħu jkunu imposti fuq importazzjonijiet sussidjati biex iħarsu aħjar l-impjiegi u n-negozji fl-UE, skont ftehim informali ta’ Diċembru 2017 li kien approvat mill-Parlament Ewropew fil-jiem li għaddew. 

Il-miżuri maqbula jimmiraw prattiċi inġusti ta’ kummerċ minn pajjiżi mhux fl-UE u  jikkumplimentaw l-aħħar regolamenti li ġew approvati kontra d-dumping fuq pajjiżi li mhumiex fl-UE u li jinterferixxu b’mod qawwi fl-ekonomija. 

X’hemm ġdid? 

l-UE se tkun kapaċi twaqqaf tariffi għoljin fuq importazzjonijiet sussidjat jew dawk iddampjati; 

  • investigazzjonijiet f’każijiet kontra d-dumping se jkunu sinifikament qosra; 
  • spejjeż   għall-industrija Ewropea  li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali dwar l-ambjent jew ix-xogħol se jkunu riflessi fil-kalkolu tad-dmirijiet; 
  • help-desk għall-SMEs se jindirizza l-ilmenti u proċeduri investigattivi; it-trade  unions se jkunu involuti f’investigazzjonijiet u janalizzaw id-dmirijiet li għandhom jiġu imposti; 
  • il-prodotti kollha li  jaslu fl-UE se jkunu monitorjati b’mod strett mill-mument meta investigazzjoni tkun notifikata sakemm tibda u tkun reġistrata biex ikun evitat l-akkumulu; 
  • il-continental shelves u zoni ekonomiċi esklussivi (zoni marittimi, l-aktar użati għall-produzzjoni tal-enerġija) ukoll se jkunu koperti mir-regolamenti, sabiex id-diskrepanzi jingħalqu.