B’riżultat taż-żieda mgħaġġla fl-abbonati tas-servizzi ta’ streaming bħal Netflix u Disney+, is-suq tal-istreaming waqa’ fil-mira tal-iscammers.

Niżżel l- Infographic fuq Free Streaming Sites Scam billi tagħfas hawn.

U għalhekk… tista’ tkun qed tibbrawżja fuq l-internet u tiltaqa’ ma’ pjattaforma ta’ streaming. Din tkun tidher bħal pjattaformi ta’ streaming popolari oħra, anki jekk l-indirizz tal-website u l-logo jkunu jidhru ftit differenti minn tan-Netflix jew ta’ Disney+. Tgħidlek li tista’ tara l-aħħar films, u toffrilek ukoll perijodu ta’ prova ta’ ħamest ijiem b’xejn. X’jista’ jkun hemm ħażin, mhux hekk?

Le, mhux hekk! Għax jekk tirreġistra m’int se ssib l-ebda video, anzi se ssib kont jistenniek fl-email tiegħek! Tkun ġejt scammed! Scammers li jużaw il-pjattaformi tal-istreaming ġeneralment joffrulek prova b’xejn ta’ ħamest ijiem biex tara films u xi serje. Biex tirreġistra, jitolbuk tipprovdi indirizz elettroniku u numru tat-telefown, kif ukoll l-indirizz tad-dar tiegħek. Xi wħud minnhom jitolbuk ukoll id-dettalji tal-karta tal-kreditu tiegħek.

Billi jużaw branding, viżwali, pop-ups u messaġġi simili għal dawk ta’ websites ta’ streaming leġittimi, l-iscammers jistgħu jqarrqu bik. Int tkun mingħalik li qed tfittex xi offerta favorevoli imma fil-fatt tkun qed tiġi scammed! Sakemm iddum f’dak is-sit, m’int se tara ebda indikazzjoni li se jkollok tagħmel xi ħlas, imma ladarba tabbona u terġa’ lura għall-paġna prinċipali tas-sit, se tinduna li ma tistax ixxandar films… u ma ddumx ma tirċievi email b’kont jitolbok ħlas għal abbonament għal sena..

Aħna ninkoraġġukom biex tistampaw din l-infographic għall-użu tiegħek stess kif fil-post tax-xogħol. Bħal dejjem nirringrazzjaw l-e-Skills Foundation Malta għall-infografika u l-kontribut tagħhom għall-pariri ĠEMMA.

Jekk taħseb li skoprejt xi scam, jew kont fil-mira ta’ xi scammer, ĠEMMA tagħtik parir li tagħmel rapport. Tħallix li l-iscammer jeħlisha ħafif. Żomm f’moħħok li hawn nies vulnerabbli li ma għandhomx l-għarfien li għandek int u jistgħu jkunu f’riskju kbir li jiġu ffrodati diment li l-iscam ma tiġix imwaqqfa.

Għamel kuntatt mal Cyber Crime Unit tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta Tista’ ssib il-website tas-Cyber Crime Unit billi tagħfas hawn.

Tista’ tikkuntattja din is-sezzjoni kif indikat hawn taħt:

Online:         computer.crime@gov.mt

Telefown:    +356 2294 2231/2.

Personalment:          Ċempel jew żur l-għassa tal-Pulizija tad-Distrett u agħmel rapport. L-Uffiċjal tal-Pulizija tad-Distrett jinvestiga r-rapport tiegħek f’kollaborazzjoni ma’ membru mis-Cyber Crime Unit.

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. Aħna f’ĠEMMA ninkoraġġuk biex taqsam din il-link mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq il-paġna tal-Facebook tiegħek.

Żur il-paġna ĠEMMA Facebook u agħtina LIKE!