Il-Kummissjoni Ewropea ippreżentat il-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-Unjoni Ewropea għas-sena li ġejja, u dan billi tat rakkomandazzjonijiet għaz-zona ewro, u billi studjat il-pjani tal-budget fi stadju ta’ abbozz għall-istati membri. 

Hekk kif, bħalissa, l-UE qed  tesperjenza attività ekonomika robusta u rati ta’ impjiegi għoljin, il-prijorita’ issa qiegħda sabiex ikun ċert li din titwettaq u ġġib benefiċċji għall-membri kollha tas-soċjetajiet tagħna.  Hemm bżonn li l-andament jibqa’ għaddej, u jkun assigurat li r-riformi strutturali madwar l-Unjoni Ewropea jiffokaw fuq il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jistimulaw aktar investiment u sabiex jiżdied it-tkabbir fil-pagi reali biex jappoġġjaw id-domanda domestika. 

Bħala parti minn dan il-proċess, il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet l-istudju tagħha tal-Pjani tal-Budget fi stadju ta’ Abbozz tal-2016 għall-Istati Membri fiz-zona ewro. Instab li Malta mxiet tajjeb bil-prerekwiżit li kien imfassal taħt il-Patt ta’ Stabbilta’ u Tkabbir għall-2018. Ħames stati membri biss, jiġifieri l-Belġju, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja, instabu f’riskju li ma mxewx ma’ dawn il-prerekwiżiti.  

Għal aktar informazzjoni, agħfas  hawn.