Il-pandemija COVID-19 kellha effetti wiesa’ fuq ħajjitna kuljum u t-tweġiba mill-gvernijiet madwar id-dinja ġabet il-ħtieġa għal tnaqqis temporanju tal-attività ekonomika. B’riżultat  ta’ dan, rajna wkoll titjib drastiku fil-kwalità tal-arja, b’inqas vetturi fit-toroq u tnaqqis ġenerali tal-impatt uman fuq l-ambjent. 

Għalhekk, hekk kif il-gvernijiet qed jippreparaw il-proċess ta’ irkupru u biex l-ekonomiji tagħhom iqumu fuq saqajhom, il-kunċett ta’ sostenibbiltà huwa importanti ħafna. 

Il-lezzjoni li rridu nitgħallmu minn din l-esperjenza hi li azzjoni bikrija hija importanti u biex ikun assigurat li policies ta’ irkupru mhux biss ifittxu li jqiegħdu l-ekonomiji fuq saqajhom imma biex il-protezzjoni tal-ambjent issir bis-serjetà. 

L-UE hija partikularment f’pożizzjoni vantaġġjuża sabiex tagħmel dan, bil-Ftehim Ambjentali Ewropew għadu fl-istadju bikri tiegħu u ċertament huwa lest biex ikun minn ta’ quddiem fil-policies Ewropej tal-ġejjieni. 

Fl-aħħar mill-aħħar l-istati membri jridu jkunu strumentali biex jassiguraw li l-pjani ta’ irkupru tagħhom ikunu sostenibbli u li l-iżvilupp sostenibbli ta’ ekonomiji wara l-COVID-19 jingħata prijorità.