businessman holding his briefcase in office

Il-mobbilta’ tax-xogħol minn fruntiera għal oħra żdiedet maż-żmien, iżda ħaddiema li jaqsmu minn fruntier għal oħra jibqgħu proporzjon żgħir (madwar 0.9 fil-mija) tal-ħaddiema kollha fl-Ewropa. L-ogħla rati ta’ moviment bejn fruntiera u oħra huma kkonċentrati madwar l-Ewropa ċentrali, b’reġjuni mal-fruntieri li jkopru t-Tramuntana ta’ Franza, il-Belġju, l-Olanda u  l-Lussemburgu, il-Ġermanja u  l-Isvizzera, kif ukoll fruntieri fis-Slovakkja, l-Ungerija, is-Slovenja u l-Kroazja. 

Il-fatturi prinċipali għall-moviment bejn fruntiera u  oħra jinkludu kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi kumplimentari, fejn id-differenzi f’salarji  tajbin u opportunitajiet ta’ xogħol li jaqblu  mal-ħiliet ta’ ħaddiema prospettivi huma disponibbli matul il-fruntiera. Fatturi  addizzjonali jinkludu aspetti prattiċi ta’  moviment bejn  fruntiera u  oħra, inkluż rabtiet prattiċi tat-trasport u  għażliet f’housing affordabbli. 

Ir-riċerka turi kunsens wiesa’ fuq serje ta’ ostakli għall-ħaddiema li  jaqsmu minn  fruntiera għal oħra. Dawn  huma ħafna u relatati ma’  xulxin u  jinkludu nuqqas  ta’ informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ xogħol; kwalifiki li  mhumiex trasferibbli; differenzi fil-lingwa u dawk soċjo-kulturali; u  differenzi fis-sigurta’ soċjali, il-pensjoni  u  sistemi ta’ tassazzjoni bejn il-pajjiż fejn  wieħed jaħdem u  l-pajjiż fejn wieħed jgħix. Nuqqas ta’ fiduċja bejn in-naħat differenti tal-fruntiera u  nuqqas ta’ rieda mill-awtoritajiet pubbliċi biex  jaħdmu flimkien wkoll ġew imsemmija bħala ostakli. 

Għalkemm ebda ġerarkija definittiva ta’ ostakli ma ġiet identifikata billi wieħed iħares lejn tagħrif disponibbli fuq is-suġġett, in-natura mifruxa tal-lingwa tipponta lejha bħala ostaklu partikulari,  minħabba l-impatt biex jintensifika ħafna tipi oħrajn ta’ ostakli. Fuq livell Ewropew, inizjattivi, legali, politiċi u operattivi tnidew sabiex ikun faċilitat il-moviment ħieles tal-ħaddiema inkluż il-mobbilta’ bejn  fruntiera u oħra, bil-EURES imnedija fl-1993 u l-Programm Erasmus Plus li dan l-aħħar iċċelebra t-30 sena mindu twaqqaf. 

Inizjattivi oħrajn jinkludu, YOUR EUROPE, il-Qafas Ewropew dwar il-Kwalifiki, il-Proċess ta’ Bologna u l-Qafas Trans-Ewropew għat-Trasport, ilkoll jikkontribwixxu sabiex il-moviment bejn fruntiera u oħra jkun faċilitat.