Jekk ma jkunx hemm qbil dwar il-Brexit, l-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni nnifisha ppreparaw diversi pjani ta’ kontinġenza sabiex iħejju għal din  l-eventwalita’. 

Fit-30 ta’ Jannar, 2019, stqarrija qalet li l-Kummissjoni Ewropea addottat “sett finali ta’ miżuri ta’ kontinġenza ta’ “ebda ftehim” għal regolamenti ta’ koordinazzjoni għas-sigurta’ soċjali. 

Il-miżuri se jassiguraw li, fl-eventwalita’ ta’ xenarju fejn il-Brexit ma  jseħħx: 

  • Żgħażagħ mill-UE u mir-Renju Unit li qed jipparteċipaw fil-programm Erasmus+ fit-30 ta’ Marzu 2019 jistgħu jtemmu ż-żjara tagħhom mingħajr interruzzjoni; 
  • Awtoritajiet fl-istati membri tal-UE se jkomplu jagħtu kas tal-perijodi ta’ assikurazzjoni, l-impjieg tal-persuna jew ir-residenza fir-Renju Unit qabel l-irtirar,  meta jiġu kkalkulati l-benefiċċji tas-sigurta’ soċjali, bħal il-pensjonijiet; 
  • Il-benefiċjarji Ngliżi mill-fondi  tal-UE se jibqgħu jirċievu ħlasijiet skont il-kuntratti preżenti tagħhom, dejjem jekk ir-Renju Unit tibqa’ tonora l-obbligi finanzjarji tagħha taħt il-budget Ewropew. Din il-kwistjoni hi separata mill-ftehim  finanzjarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. 

Il-Gvern Malti wkoll ħareġ tagħrif bi pjani dettalji f’każ li l-Brexit ma jgħaddix. 

Għal aktar informazzjoni dwar l-iżviluppi ta’ Brexit u avvenimenti fil-futur, segwu l-website tal-MEUSAC u l-paġna tal-facebook.