Għal darb’oħra, se nidħlu fi staġun festiv ġdid. Għal ħafna, l-istaġun tal-festi jista’ jkun stressanti. Hawn għandek xi suġġerimenti finanzjarji minn ĠEMMA li tista’ ssegwi dan l-istaġun festiv.

  • Ftakar il-‘ħtiġijiet’ tiegħek u dak li ‘trid’. Se tixtri libsa ġdida għal lejla barra f’ristorant għax dan huwa dak li l-kumpanija li tkun magħha tagħmel? Tista’ taffordja tali spiża, jew se tbattal il-karta tal-kreditu tiegħek? Tista’ tħallas id-dejn li tkun għamilt meta tirċievi r-rendikont tal-karti ta’ kreditu?
  • Ikteb lista bil-prijoritajiet tiegħek. Poġġi bilqiegħda u aħdem il-baġit tiegħek għal dan l-istaġun festiv – u inkludi l-kontijiet u l-ispejjeż tal-għajxien tiegħek. Ladarba tagħmel dan issettja l-baġit tal-Milied tiegħek u żomm miegħu. Tonfoqx iżżejjed għax il-Milied. Iddeċiedi kemm tista’ taffordja li tonfoq fuq uliedek u żomm ma’ din id-deċiżjoni. Ipprova tixtrix l-aħħar pupa jew logħba li jkunu jiswew aktar jekk tixtrihom qrib il-Milied. Jekk tistenna ftit jista’ jfisser li takkwista dawn l-affarijiet bi prezz imnaqqas aktar tard, għal għeluq sninhom per eżempju. Din tista’ tkun tagħlima għat-tfal li bl-Ingliż insejħulha delayed gratification.
  • Immaniġġja l-impatt tar-reklamar: Ir-reklami jħeġġuk tonfoq! Meta dawk ir-reklami jiġu fuq it-TV, ibdel l-istazzjon. Ara l-offerti promozzjonali fis-supermarket. Huma jridu jbigħulek affarijiet li verament m’għandekx bżonn. It-tfal huma partikolarment immirati minn dawk li jirreklamaw. Għallimhom li r-reklami huma mfassla biex iġagħluna nixtru l-oġġett.
  • Staġun festiv imfassal għal dak li tista’ taffordja. Tista’ tagħmel biss dak li tista’ tagħmel. L-aktar parti importanti tal-istaġun tal-vaganzi hu li taqsmu mal-familja u l-ħbieb, li fiha nfisha ma tiswiex flus. Tqabbilx lilek innifsek ma’ oħrajn li jistgħu jixtru aktar għal uliedhom. Agħmel l-aħjar li tista’ tagħmel u agħmilha speċjali għat-tfal tiegħek kemm jista’ jkun. Fis-snin li ġejjin ma jiftakrux dak ir-rigal għoli li xtrajtilhom, iżda se jiftakru kemm qattgħu ħin ta’ kwalità flimkien miegħek jagħmlu cookies jew ikantaw carols jew jaraw films tal-Milied.
  • Ixtri online. Black Friday għadda. Xorta waħda jekk tfittex online x’aktarx issib offerti tajbin tal-Milied fuq e-shops Maltin kif ukoll barranin. Jekk tagħmel ix-xiri tiegħek online jfisser li int – jew uliedek – ma jkollhomx it-tentazzjoni meta tkun iddur għar-rigali.
  • Agħmel ir-rigali inti. Jekk trid tagħti xi ħaġa personali, memorabbli u waħda ta’ tip, agħmilha! Serjament. Pinterest fih tunnellati ta’ ideat u struzzjonijiet. Xejn mhu se juri l-Milied it-tajjeb daqs kemm meta l-persuna li tirċievi xi ħaġa tkun taf li inti qattajt il-ħin u sfurzajt biex għamiltha. U dan huwa rigal li x’aktarx jibqa’ għal ħafna snin.
 

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. U aħna bħala ĠEMMA ninkoraġġuk sabiex taqsam din il-link fuq il-paġna tiegħek ta’ Facebook stess. Żur il-paġna ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmlilna LIKE