Mistennija miżuri ġodda fit-tnaqqis ta’ inċidenti tat-traffiku u fatalitajiet fl-UE
Ir-regoli l-ġodda għal toroq iżjed sikuri fl-UE, addottati fis-16 ta’ April, se jagħmlu tagħmir avvanzat tas-sigurtà mandatorju fil-karozza l-ġodda kollha li jinbiegħu fis-suq Ewropew. Dawn x’aktarx jidħlu fis-seħħ minn Mejju 2022 għal mudelli ġodda u minn Mejju 2024 għal mudelli eżistenti.
Dan wara li l-Ewro Parlamentari addottaw miżuri ġodda biex itejbu s-sigurtà fit-toroq u jnaqqsu l-inċidenti.
It-toroq Ewropa huma l-aktar sikuri fid-dinja b’medja ta’ 49 fatalità fit-toroq kull miljun abitant, kontra il-174 mewta kull miljun globalment. Il-fatalitajiet fit-toroq fl-UE naqqsu f’dawn l-aħħar 20 sena, imma l-istatistika turi li t-tnaqqis fir-rata tal-fatalità fit-toroq tagħna staġnat.
Ir-regoli l-ġodda dwar is-sigurtà fit-toroq għandhom l-għan li jaddattaw ukoll mal-leġislazzjoni eżistenti, filwaqt li jikkunsidraw l-avvanzi u x-xejriet teknoloġiċi bħal popolazzjoni li qed tixjieħ, kawżi ġodda fl-aljenazzjoni tas-sewwieqa (speċjalment l-użu tat-telefon ċellulari waqt li jkunu qed isuqu) u n-numru ta’ ċiklisti u nies li jimxu fit-toroq Ewropej li qed jiżdied.
Bħala eżempju, il-karozzi l-ġodda jridu jinkludu madwar 30 teknoloġija li jsalvaw il-ħajja, minn għajnuna intelliġenti dwar il-veloċità sabiex is-sewwieq ikun konxju meta jaqbeż il-limitu tal-veloċità, l-għejja fost is-sewwieqa u twissija għall-attenzjoni, fost oħrajn.
It-trrakkijiet u l-karozzi tal-linja se jkunu meħtieġa li jinkludu aspetti dwar il-viżjoni diretta, li jippermettu lis-sewwieq biex jara sewwieqa vulnerabbli, u sistemi ta’ allert li jindunaw bil-preżenza taċ-ċiklisti u min ikunu miexi fit-triq.
Ir-regolamenti wkoll jridu jiġu approvati mill-Kunsill qabel ma jkunu enforzati.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, it-toroq Maltin irreġistraw sitt fatalitajiet fit-toroq bejn April u Ġunju ta’ din is-sena.