Malta għamlet avvanzi mindu ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. Bidla kbira seħħet f’Malta meta mqabbla mar-referendum ta’ qabel is-sħubija, li ddeskriviet lil Malta bħala pajjiż verament  maqsum.  Fil-fatt, il-prova tal-bidla pożittiva li rat il-maġġoranza ta’ ċittadini Maltin jaċċettaw lill-UE maż-żmien, hu l-fatt li anki fil-qofol tal-kriżi ekonomika tal-2009, studju sab li l-maġġoranza ta’ dawk il-Maltin li kkonkorrew (59 fil-mija biex inkunu preċiżi) ħassew li Malta bbenefikat mindu saret membru tal-UE. Madankollu, studju aktar riċenti li sar fl-2018 wera li 78 fil-mija taċ-ċittadini Maltin iħossuhom parti mill-Ewropa u 82 fil-mija iħossu li huma ċittadini Ewropej. 

Allura għaliex Malta baqgħet tassew favur l-UE? Probabbilment mhux għax iċ-ċittadini f’Malta huma l-aktar aġġornati ma’  oqsma Ewopej, hekk kif studju tal-2018 indika li kważi nofs iċ-ċittadini li jgħixu f’Malta qalu li huma verament ma jafux drittijiethom bħala ċittadini Ewropej, imma pjottost għax iċ-ċittadini Maltin huma aktar konxji tal-benefiċċji li s-sħubija tal-UE iġġib magħha. Fil-fatt, iċ-ċittadini f’Malta jassoċjaw l-UE l-aktar mal-liberta’ għall-ivjaġġar, għall-istudju u għax-xogħol kullimkien fl-UE, il-munita ewlenija – l-ewro – u biex ikollna vuċi aktar b’saħħitha  fid-dinja. Dan skont l-istudju tal-2018. 

Tali ċifri jirrappreżentaw kunsens assolut dwar is-sħubija ta’ Malta fl-UE, fi żmien meta n-nazzjonaliżmu u l-partiti anti-establishment qed jgħollu iżjed rashom fl-Ewropa. L-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, fil-25 ta’ Mejju, jirrappreżentaw test għall-UE, wieħed li ra lil Malta tqum minn  ta’ quddiem, billi jitkellmu favur il-proġett Ewropew u jappoġġjaw il-kampanja tal-Parlament Ewropew mifruxa mal-Ewropa kollha – thistimeimvoting. 

Jekk trid tkun taf aktar dwar  l-UE jew dwar l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, ikkuntattja lil MEUSAC fuq 22003300 jew ibgħat email lil info.meusac@gov.mt