L-importanza li nitgħallmu l-lingwi fid-dinja tal-lum
Fiż-żmien tal-lum, il-multilingwaliżmu sar aktar minn importanti. Li tkun taf lingwa oħra għajr ilsien pajjiżek u l-Ingliż sar estremament ta’ benefiċċju. Sew jekk tarah mill-aspett finanzjarju jew soċjali, li tkun kapaċi tikkomunika f’lingwa oħra jgħin biex tagħmel rabta reali man-nies u jipprovdi apprezzament aħjar tal-lingwa tiegħek.
Għaliex għandna nitgħallmu lingwa barranija? It-tagħlim ta’ lingwa barranija jiftaħ ħafna opportunitajiet ta’ xogħol. Minbarra fit-turiżmu, l-għarfien tal-lingwi sar ukoll importanti fin-negozju. Għan-negozji, huwa essenzjali li tiżviluppa u ssostni pożizzjoni b’saħħiitha fl-ekonomija dinjija. Ikun aħjar għan-negożji li jifhmu l-psikoloġija u l-lingwa tal-klijenti barranin tagħhom. Għalhekk ħafna kumpaniji jfittxu persuni li jkollhom ħiliet fil-lingwi barranin. Jekk inti taħdem, tista’ tikseb rikonoxximenti speċjali jew promozzjonijiet jekk tkun taf lingwa barranija.
Minbarra vantaġġi finanzjarji, it-tagħlim ta’ lingwa barranija jista’ toffri esperjenza unika lil min jivvjaġġa. Wieħed jista’ faċilment isib il-postijiet, jistaqsi għad-direzzjonijiet u anki jordna l-ikel. Meta titkellem b’lingwa barranija tkun qed tifhem aħjar il-kultura tal-pajjiż. Tista’ tikkomunika man-nies b’iżjed liberta’ bl-iskop li tiltaqa’ ma’ nies ġodda, tagħmel ħbieb ġodda u tieħu iżjed gost waqt il-btala tiegħek.
Raġuni oħra għaliex għandek titgħallem lingwa barranija hi li l-għarfien ta’ ilsien barrani jsaħħaħ l-abbiltajiet analitiċi tiegħek. Mhux faċli li titgħallem lingwa barranija u l-proċess jinvolvi ħafna eżerċizzju mentali. Fuq livell individwali, it-tagħlim ta’ lingwa barranija jtejjeb il-personalita’ u tapprezza aktar lilek innifsek.
Il-pass importanti li jmiss hu li tagħżel min-numru ta’ lingwi barranin li qed jiġu mgħallma f’pajjiżna: il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ispanjol, it-Taljan, ir-Russu, l-Għarbi u saħansitra ċ-Ċiniż. Kemm jekk titgħallem lingwa għal raġuni speċifika jew sempliċiment għall-interess, tkun qed twitti t-triq għal suċċess dejjiemi. Il-lingwi tabilħaqq jiftħulek toroq ġodda. Aktar ma tkun taf lingwi, aktar tkun tista’ tesprimi lilek innifsek.