Spiss  negħrqu fl-istress. Imtaqqlin bil-lista ta’ ħafna affarijiet li rridu nagħmlu u mifnija bil-ħtiġiet tal-familja, tal-karriera jew obbligi oħrajn, huwa pjuttost faċli li niżvijjaw mill-għanijiet tagħna. Aktar ma jgħaddu l-ġranet, aktar nitbiegħdu mill-miri tagħna milli nersqu eqreb lejhom. 

X’inhi l-verita’? Filwaqt li l-internet ċertament jipprovdilna l-aċċess għas-servizzi u l-kuntattiiżommna wkoll imwaħħlin miegħu. L-aljenazzjonijiet kaġunati mill-internet jibdlu xi ftit jew wisq il-perċezzjoni tar-realta’, u jħalluna mxekklin fl-isforzi biex niksbu l-għanijiet tagħna. 

Filwaqt li mill-internet ħarġu kemm vantaġġi kif ukoll żvantaġġi, illum, għal dawk li huma lesti biex  iwarrbu l-aljenazzjonijiet, il-gwida għall-ħajja (life coaching) toffri soluzzjoni biex tikseb il-ħolm tiegħek. Kemm biex ittejjeb il-karriera jew biex isseddaq l-għanijiet tiegħek, il-gwidi għall-ħajja joffru l-assistenza meħtieġa biex tikseb il-ħolm ta’ ħajtek. 

Dawn il-gwidi, li jgħinu kemm b’mod fiżiku kif ukoll b’mod diġitali, huma strumentali fl-isforzi tagħna biex nirnexxu kif ukoll jgħinu biex ma naħlux ħin fit-tisħiħ tal-ħiliet tagħna. Ħafna nies ma jirrealizzawx li l-ħin hu aktar prezzjuż mill-flus. Il-ħin ma jistax jinħoloq jew jinqered. Ma jistax jiġi salvat jew mibdul. Malli jintuża, jogħsfor għal dejjem. 

Il-flus, min-naħa l-oħra, jistgħu jintefqu u jinkisbu. Imma mhux l-istess jingħad għall-ħin. Għalhekk iż-żmien hu aktar importanti mill-flus. Malli wieħed jifhem dan, ikun jista’ jmexxi ħajtu bl-aktar mod  differenti. 

Il-gwida għall-ħajja toffri diversi benefiċċji, bħal li tkun kontabbli ta’ għemilek, tgħin biex iżżid il-produttivita’, ittejjeb l-immaniġjar tal-ħin, issaħħaħ il-ħiliet fil-komunikazzjoni, tipprovdi stil ħajja li  tkun tajba għas-saħħa, iżżid il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, tnaqqas l-istress u l-ansjeta’, tegħleb il-biżgħat kif ukoll tgħin biex tħossok apprezzat iżjed. 

Sempliċiment irridu nirrealizzaw li ma nistgħux nagħmlu kollox waħidna. Xi  kultant irridu l-ħiliet u l-esperjenza ta’ xi ħadd li hu midħla fil-qasam tas-suċċess u t-tisħiħ personali u li jkun kapaċi jiggwida u jmexxik fid-direzzjoni t-tajba.