Fit-28 ta’ Ġunju skada ż-żmien  sa meta, l-Istati Membri kollha tal-UE, inkluż Malta, kellhom idaħħlu l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità fil-liġi nazzjonali. L-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità jiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ kuljum.

L-Att dwar l-Aċċessibilità jwettaq l-impenn tal-UE li tkisser l-ostakli għall-persuni b’diżabilità, li hu wieħed mill-obbligi tagħha bħala Parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

L-Att jiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ kuljum, inkluż trasport pubbliku, servizzi bankarji, kompjuters, TV, e-books u xiri online.

Biex ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, l-ATMs pereżempju jistgħu jkunu mgħammra b’sinjali viżwali u akustiċi li jindikaw fejn għandek iddaħħal il-karta tal-bank tiegħek, jew minn fejn joħorġu l-flus.

Il-kumpaniji se jkollhom tliet snin ċans biex jagħmlu s-servizzi u l-prodotti tagħhom konformi mar-rekwiżiti komuni tal-aċċessibbiltà tal-UE. Dan se jimbotta l-innovazzjoni, jiżgura standards komuni fis-suq intern tal-UE, filwaqt li l-konsumaturi se jibbenefikaw minn offerta akbar u aktar inklużiva bi prezzijiet kompetittivi.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn.