L-arti u t-teknoloġija dejjem kienu relatati ma’ xulxin. L-espressjoni artistika kienet faċilitata grazzi għall-innovazzjoni teknoloġika li għamlitha possibbli għall-artisti jew biex jaddattaw it-teknoloġiji għal skopijiet oħrajn, jew biex jivvintawhom bħala mod biex  irawwem il-proċess kreattiv. 

Dawn l-aħħar 30 sena raw żvilupp u l-użu tat-teknoloġija diġitali, kif ukoll l-użu dejjem jiżdied ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni  għal diversi ħtiġiet, inkluż l-espressjoni artistika. Waħda mill-aħħar  innovazzjonijiet,  l-intelliġenza  artifiċjali, diġà sabet ruħha fl-istudios tal-artisti u l-proċess kreattivi. 

L-Unjoni Ewropea tiffaċċja kompetizzjoni internazzjonali mhux biss rigward il-progress teknoloġiku u swieq tal-arti, iżda wkoll għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda għal espressjoni artistiku. Għalhekk, biex iżommu l-grinta kompetittiva, jeħtieġ li l-artisti Ewropej jiksbu ħiliet u kompetenzi wkoll f’oqsma ta’ teknoloġija avvanzata, u l-komunità tar-riċerka  u l-innovazzjoni teħtieġ li tkun aġġornata bl-iżviluppi li jkunu qed jevolvu. 

L-UE dalwaqt se taddotta l-qafas finanzjarju tagħha għall-perijodu  li jmiss tal-budget 2021-2027 u qed tiddiskuti l-livelli ta’ finanzjar għad-diversi programmi ta’ appoġġ, bħal dawk għar-riċerka u l-innovazzjoni, għal attivitajiet kulturali u  artistiċi, u għall-kisba tas-suq waħdieni diġitali, li fost oħrajn jippermetti lil diversi operaturi u konsumaturi biex jiltaqgħu u jiddiskutu. 

Id-diskussjonijiet dwar dawn il-programmi ta’ fondi wkoll jolqtu fondi għal proġetti dwar l-interazzjoni bejn l-arti u t-teknoloġija.