Dan huwa wieħed mill-filmati li pproduċejna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta

fis-serje tal-ibbaġitjar tagħna.

Ħa nintroduċi l-familja ĠEMMA. Jien Tony. Jien ir-raġel ta’ Maria. Naħdem bħala maniġer f’negozju kbir fl-industrija tas-servizzi. Marti, Maria għandha 40 sena u taħdem fin-negozju tal-familja ta’ missierha. Għandna żewġt itfal: Matthias, li għandu 11-il sena, u issa jinsab fl-iskola sekondarja, u Angele, it-tifla tagħna li għandha 17-il sena u din is-sena skolastika qed tispiċċa l-iskola sekondarja għolja.

Illum rrabjata. Tony għadu kif induna li ġie ffrodat meta xtara minn fuq l-internet. Naf li online tista’ ssib ħafna offerti attraenti. Nixtri ħafna affarijiet online jien stess. Madankollu, nuża karta separata għax-xiri fuq l-internet. Għandi t-tendenza li nżomm ix-xiri elettroniku tiegħi taħt il-€150. Dak hu l-ammont massimu li nkun qed nirriskja online; dak hu l-limitu tal-credit card separata li nuża għax-xiri fuq l-internet.

Tony ma jieħux prekawzjonijiet bħal dawn. Juża l-credit card normali, bil-limitu ta’ kreditu sħiħ għal kull ħaġa li tixtri online. Ilni ninsisti miegħu biex nikseb card separata. Ilbieraħ biss kien qed jgħidli l-iscams kienu kollha esaġerazzjonijiet u li kien jaf x’qed jagħmel!

Ġie ffrodat €600! Induna għax irċieva twissija mill-bank tiegħu li saret transazzjoni ta’ €600 bil-card tiegħu. Issa qed jammetti li kien żbaljat.

Ħu l-parir tiegħi. Jekk tħobb tixtri minn fuq l-internet għamel credit card separata b’limitu aktar baxx biex tnaqqas ir-riskju kemm jista’ jkun.

Nissuġġerilkom ukoll li tikkonsultaw mal-ĠEMMA Little Black Book fuq Scams u Frodi.

Għidilna l-ħsibijiet tiegħek. Ħerqana li nisimgħu mingħandek.

Aħna ta’ ĠEMMA nħeġġukom taqsmu dan l-artiklu ma’ sħabkom jew pubblikament fuq Facebook. Żur il-paġna ta’ Facebook ĠEMMA u agħmlilna like!