Statistiċi għal Settembru 2017, pubblikati mill-Eurostat, urew li r-rata tal-inflazzjoni taz-Zona Ewro baqgħet stabbli, jiġifieri 1.5 fil-mija. Dan meta mqabbla mal-inflazzjoni annwali fl-2017, li wkoll kienet 1.5 fil-mija. Fl-Unjoni Ewropea b’mod sħiħ, ir-rata  tal-inflazzjoni kienet 1.8 fil-mija. F’Settembru 2016,  ir-rata tal-inflazzjoni taz-Zona Ewro u tal-Unjoni Ewropea kienet 0.4 fil-mija, u wriet żieda ġenerali fl-inflazzjoni matul  is-sena li għaddiet.

L-inqas rati kienu reġistrati f’Ċipru (0.1 fil-mija), fl-Irlanda (0.2 fil-mija) u fil-Fillandja (0.8 fil-mija), filwaqt li baqgħet l-għola fil-Litwanja (4.6 fil-mija), fl-Estonja (3.9 fil-mija) u fil-Latvja (3 fil-mija). Malta rreġistrat rata ta’ inflazzjoni ta’ 1.2 fil-mija, is-sitt l-inqas fl-Unjoni Ewropea.

Skont il-Eurostat, l-effetti ‘l fuq tar-rati annwali tal-inflazzjoni fiz-Zona Ewro seħħew mill-fuels tat-trasport, is-servizzi tal-akkomodazzjoni u ż-żjut tas-sħana. L-effetti prinċipali ‘l isfel ġew mit-telekomunikazzjonijiet u mill-protezzjoni soċjali.

Sabiex tara r-rapport sħiħ, agħfas hawn.