F’Settembru 2020, il-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat flimkien mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol iffinalizzat l-ewwel kampanja li qatt saret għal xogħol iddikjarat bl-isem ta’ #EU4FairWork. Din il-kampanja tnediet f’Marzu 2020.

Matul ġimgħa sħiħa ta’ avvenimenti wiesgħa intbagħat messaġġ ċar lil dawk li attendew b’mod virtwali – ix-xogħol mhux iddikjarat ma jħallasx – wasal iż-żmien li ssir it-transizzjoni.

Il-kampanja, li saret l-aktar fuq il-midja soċjali, kellha l-għan li tqajjem kuxjenza fost il-ħaddiema dwar id-drittijiet rispettivi tagħhom, l-impatt negattiv li x-xogħol mhux iddikjarat għandu u aktar importanti minn hekk, kif għandhom il-ħaddiema jagħmlu t-tranżizzjoni għal xogħol iddikjarat.

Attivitajiet oħra ċċaraw ċerti żoni griżi fil-qasam tax-xogħol mhux iddikjarat għall-kumpaniji, u għamluhom konxji wkoll tal-obbligi tagħhom (tal-kumpanija) li fl-aħħar mill-aħħar jiddikjaraw ħaddiema.

Min-naħa l-oħra, mil-lat leġiżlattiv, dawk li jfasslu l-politika ġew imħeġġa jindirizzaw aħjar ix-xogħol mhux iddikjarat permezz ta’ effettivi.

F’dak li qed ikun meqjus bħala pass storiku, għall-ewwel darba l-awtoritajiet tal-infurzar minn xi Stati Membri tal-UE wettqu l-ewwel spezzjoni pilota miftiehma li tmur lil hinn mill-fruntiera nazzjonali tagħhom.