Is-Sigurta’ Soċjali u l-Brexit
Jekk ma jkunx hemm qbil dwar il-Brexit, l-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni nnifisha ppreparaw diversi pjani ta’ kontinġenza sabiex iħejju għal din l-eventwalita’.
Fit-30 ta’ Jannar, 2019, stqarrija qalet li l-Kummissjoni Ewropea addottat “sett finali ta’ miżuri ta’ kontinġenza ta’ “ebda ftehim” għal regolamenti ta’ koordinazzjoni għas-sigurta’ soċjali.
Il-miżuri se jassiguraw li, fl-eventwalita’ ta’ xenarju fejn il-Brexit ma jseħħx:
- Żgħażagħ mill-UE u mir-Renju Unit li qed jipparteċipaw fil-programm Erasmus+ fit-30 ta’ Marzu 2019 jistgħu jtemmu ż-żjara tagħhom mingħajr interruzzjoni;
- Awtoritajiet fl-istati membri tal-UE se jkomplu jagħtu kas tal-perijodi ta’ assikurazzjoni, l-impjieg tal-persuna jew ir-residenza fir-Renju Unit qabel l-irtirar, meta jiġu kkalkulati l-benefiċċji tas-sigurta’ soċjali, bħal il-pensjonijiet;
- Il-benefiċjarji Ngliżi mill-fondi tal-UE se jibqgħu jirċievu ħlasijiet skont il-kuntratti preżenti tagħhom, dejjem jekk ir-Renju Unit tibqa’ tonora l-obbligi finanzjarji tagħha taħt il-budget Ewropew. Din il-kwistjoni hi separata mill-ftehim finanzjarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.
Il-Gvern Malti wkoll ħareġ tagħrif bi pjani dettalji f’każ li l-Brexit ma jgħaddix.
Għal aktar informazzjoni dwar l-iżviluppi ta’ Brexit u avvenimenti fil-futur, segwu l-website tal-MEUSAC u l-paġna tal-facebook.