Is-sigurta’ fit-toroq fl-UE
Bejn l-1991 u l-2017, u speċjalment wara s-sena 2000, l-UE rat tisħiħ sostanzjali f’termini ta’ sigurta’ fit-toroq, kemm jekk imkejla f’termini ta’ fatalitajiet, inċidenti jew feriti.
Fuq perijodu iqsar ta’ żmien, bejn l-2001 u l-2010, in-numru ta’ imwiet fit-toroq tal-UE naqsu bi 43 fil-mija u b’madwar xi 20 fil-mija oħra sa mill-2010. L-aktar ċifri riċenti, madankollu, juru li l-progress fit-tnaqqis tar-rata tal-fatalita’ qed jistaġna, u li dawk li jużaw it-toroq jew gruppi demografiċi mhumiex qed jaraw l-istess titjib bħall-kumplament tal-popolazzjoni.
Is-sigurta’ fit-toroq hi kompetenza li trid tinqasam, li jfisser li diversi miżuri huma primarjament indirizzati mill-istati membri. Madankollu, l-UE, pari passu ma’ Artiklu 91 (c) TFEU, żviluppat b’mod sinifikanti l-acquis f’dan il-qasam, bil-Kummissjoni Ewropea taddotta diversi oqfsa ta’ politika dwar is-sigurta’ fit-toroq. Fl-2003, l-UE tat lilha nnifisha mira f’termini ta’ tnaqqis fil-fatalitajiet fit-toroq, u timmonitorja l-progress b’mod regolari għal din il-mira.
F’Ġunju tal-2017, il-Kunsill qabel mad-Dikjarazzjoni Valletta, li affermat mill-ġdid l-impenji u l-miri fil-qasam tas-sigurta’ fit-toroq. F’Mejju 2018, fi ħdan il-kuntest tat-tielet u l-aħħar pakkett ta’ mobbilta’, il-Kummissjoni ppreżentat qafas komuni għas-sigurta’ fit-toroq għall-perijodu 2021-2030, u fakkret fl-għan fit-tul tal-UE fit-tul li telimina l-imwiet fit-toroq sal-2050.
Il-Parlament Ewropew addotta diversi resoluzzjonijiet dwar is-sigurta’ fit-toroq u talab għal aktar miri dettaljati u raġonevoli, li jagħti kas lil persuni vulnerabbli kif ukoll tal-isfidi fis-sigurta’ li joħorġu mill-iżvilupp ta’ mobbilta’ konnessa u awtomatizzata.