“Tidher assurda li jkollok Awtorita’ Bankarji biex tħares il-livelli bankarji, imma ebda awtorita’ komuni dwar ix-xogħol biex tassigura l-ġustizzja fis-suq waħdieni tagħna. Aħna se noħolqu waħda.” 

Jean  Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni wassal din l-istqarrija fl l-indirizz tal-Istate of the Union fl-2017. Minn dakinhar jidher li sar ħafna progress dwar il-ħolqien ta’ Awtorita’ Ewropea dwar ix-Xogħol (ELA). 

Fil-fatt, ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta tal-Kummissjoni sabiex twaqqaf ELA. 

L-iskop tal-ELA hu biex tappoġġja mobbilta’ ġusta fi ħdan  l-UE, minħabba “iż-żieda mgħaġġla tan-numru ta’ Ewropej li jaħdmu fi stat membru milli f’art twelidhom, il-biċċa l-kbira ta’ min jivvjaġġa kuljum, u l-ħtieġa importanti tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u d-drittijiet f’pajjiżhom u lil hinn (assigurata b’koperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali)”. 

L-ELA hi parti mill-isforzi li qed isiru mill-istituzzjonijiet Ewropej u l-istati membri sabiex isaħħu l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.