L-Ewrobarometru tal-Parlament Ewropew, li jiffoka fuq l-opinjoni pubblika u l-Proċess tal-Kandidati Ewlenin tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew din is-sena, ukoll magħruf bħala Spitzenkandidaten, u l-European Parliament Media Recall, sabu li 68  fil-mija ta’ dawk li kkonkorrew f’Malta jħossu li s-sħubija ta’ Malta hi ħaġa tajba. Is-sentiment tajjeb għas-sħubija fl-UE ukoll inħass fost l-istati membri kollha, b’maġġoranza assoluta tistqarr li s-sħubija għal pajjiżhom hi pożittiva. 

Madankollu, 49 fil-mija biss ta’ dawk li wieġbu fl-Ungerija qalu li s-sħubija hi ħaġa tajba għal pajjiżhom filwaqt li l-kumplament tal-konkorrenti Ungeriżi qal li la hi tajba u lanqas ħażina jew ma kellhomx opinjoni fuq is-suġġett. 

F’mistoqsija separata, 45 fil-mija tal-konkorrenti Ewropej wieġbu li l-UE ġeneralment uriet dehra “pożittiva totali”, u r-riżultati tal-konkorrenti f’Malta kienu pari passu mal-medja Ewropea. 

Dwar il-proċess tal-kandidati prinċipali, aktar minn nofs tal-Ewropej stqarrew li l-proċess se jġiegħlhom aktar  biex joħorġu jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej li juri li hemm appoġġ dejjem jikber għall-proċess tal-kandidati prinċipali u dan biss jagħmel sens jekk ikun akkumpanjat b’dibattitu reali dwar kwistjonijiet Ewropej u l-futur tal-UE. 

Meta kienu  mistoqsija jekk il-konkorrenti semgħux bl-attivitajiet tal-Parlament Ewropew permezz tal-media, 43 fil-mija ta’ dawk li wieġbu qalu li kienu semgħu bihom. 

L-istudju sar bejn is-26 ta’ Novembru u t-3 ta’ Diċembru 2018, b’26,071 persuna ta’ 15-il sena jew aktar ħadu sehem madwar is-27 stat membru tal-UE.