Minkejja qafas regolatorju komprensiv kontra l-frodi mill-VAT, l-istati membri fl-Unjoni Ewropea qed jitilfu biljuni ta’ ewro kull sena minħabba l-frodi. Hekk kif is-sistema Ewropea tal-VAT għaddejja minn modernizzazzjoni profonda, huwa importanti li s-sitwazzjoni preżenti tingħata attenzjoni u jkunu studjati r-rilevanza u l-effettivita’ tas-sistema kurrenti u tal-proposti għar-riforma li bħalissa qed tkun diskussa.  

Fi studju li tmexxa mill-Kumitat TAX3 tal-Parlament Ewropew, qed ikun issuġġeriet li kontra dan l-isfond, l-ewwel objettiv hu li jkunu ċċarati l-karatteristiċi tal-iskemi prinċipali kontra l-frodi bejn fruntiera u oħra u li jkunu provduti ċ-ċifri aġġornati rigward it-tnaqqis mid-dħul relatat għall-istati membri tal-UE. It-tieni objettiv hu li jkun ippreżentat qafas regolatorju Ewropew kontra l-frodi mill-VAT, flimkien mal-aħħar proposti riċenti magħmula mill-Kummissjoni Ewropea lejn l-adozzjoni ta’ ‘sistema definittiva tal-VAT’. It-tielet objettiv ta’ dan l-istudju hu li jsiru rakkomandazzjonijiet magħżula. 

Qed ikun rakkomandat li għandu jkun hemm: 

  • Żieda fil-koperazzjoni tal-istati membri fi ħdan il-Eurofisc u parteċipazzjoni attiva fis-sistema tal-Analiżi fil-Qafas Transnazzjonali; 
  • Użu aħjar tal-korpi eżistenti Ewropej; 
  • Mandat ambizzjuż għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; 
  • Sanzjonijiet ġudizzjarji effettivi ta’ frodi mill-VAT f’livell nazzjonali, bid-Direttiva ta’ Kriminalizzazzjoni bħala ‘prerekwiżit minimu’; 
  • Emenda tal-proposta tas-sistema definittiva sabiex tikkunsidra riskji ġodda ta’ frodi u tensjoni bejn l-istati membri; 
  • Miżuri li jakkumpanjaw il-pakkett tal-kummerċ elettroniku u aktar ħsieb fuq aktar bidliet strutturali; 
  • Investiment f’teknoloġiji ġodda biex itejbu s-saħħa ta’ sistemi ta’ ġbir, partikularment fil-każ fejn ir-responsabbilta’ biex il-VAT titħallas taqa’ fuq persuni taxxabbli li mhumiex Ewropej.