Irridu nkunu l-vuċi ta’ ċittadini Ewropej
Meta kien qed jitkellem fil-ftuħ ta’ sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell, it-tieni waħda li saret virtwalment minħabba l-imxija tal-COVID-19, il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli irringrazzja lill-ħaddiema prinċipali talli żammew lill-Ewropa għaddejja. Hu qal:
“Bħalissa, il-professjonisti tas-saħħa tagħna jinsabu minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-virus. Jixirqilhom l-appoġġ kollu tagħna, l-ammirazzjoni u l-gratitudni għax-xogħol li qed jagħmlu u għall-ġenerosità li juru anki fl-aktar ċirkostanzi diffiċli. Għidtha u nirrepetiha, l-umanità taċ-ċittadini tagħna hi l-akbar assi tagħna.
“Il-ġesti żgħar ta’ solidarjetà konkreta jġiegħluna nibqgħu għaddejjin. Dan hu għaliex il-Parlament riedet tiftaħ il-kċejjen tagħha biex tipprepara sa 1,000 ikla kuljum għal persuni bla dar u għall-voluntieri. Se nipprovdu wkoll kenn għal 100 mara vulnerabbli fil-bini tagħna fi Brussell. Fi Strasburgu u fil-Lussemburgu, aħna l-abbiltà lill-awtoritajiet biex jużaw il-bini tal-Parlament għal attivitajiet relatati mal-emerġenza. Huma l-ibliet li jospitawna, u aħna ninsabu grati mmens għal dan. Il-President Sassoli żied:
“Huwa speċjalment importanti li nżommu d-demokraziji tagħna ħajjin u nisimgħu liċ-ċittadini tagħna matul dan il-perijodu. Din il-ġimgħa se niddiskutu u nivvotaw fuq resoluzzjoni dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tiġġieled il-pandemija u l-konsegwenzi tagħha, flimkien ma’ miżuri urġenti oħrajn. L-iskop tagħna hu biex nassiguraw li l-aħjar azzjonijiet possibbli jittieħdu u nenfasizzaw il-fondi li huma meħtieġa biex nassiguraw li r-riżorsi massimi possibbli jkunu disponibbli għall-istati membri. Irridu nkunu ambizzjużi għax iċ-ċittadini Ewropej iridu tweġiba mill-aktar fis.
“F’dan il-mument irridu nkunu l-vuċi taċ-ċittadini kuraġġużi tagħna, nikkontribwixxu f’din il-ġlieda b’dixxiplina u nagħmlu li nistgħu biex nibnu futur aħjar.”