Jeħtieġ li jkun hemm protokolli ċari b’risq persuni b’diżabbiltà u kull pjan ta’ mitigazzjoni għandu jkun inklussiv inkella se niġf’riskju li bil-mixja tagħna lura għan-normalità inħallu lil persuni b’diżabbiltà warajna.   

Voice  of the Workers tkellem ma’   Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u fisser li hawn nuqqas ta’ ħsieb fejn jidħlu protokolli ta’ kif, per eżempju, għandhom jingħataw servizzi terapewtiċiservizzi mogħtija fil-komunitàservizzi ta’ respite u servizzi ta’ day centresHuwa importanti ħafna li l-awtoritajiet jingħataw gwida ta’ xinhu f’riskju u le fl-għoti ta’ dawn is-servizzi u x’mitigazzjonijiet għandu jkun hemm 

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tippretendi li kif sar protokol għar ristoranti u l-hairdressers, isir l-istess għas-servizzi speċifiċi mogħtija lil persuni b’diżabbilta‘. Irid ikun hemm pjan ta’ meta jkun il-waqt li jinfetħu dawn is-servizzikif ser jingħatawfejn se jingħataw u xi prekawzjonijiet se jittiehduHemm ċertu servizzi, bħallspeech and language therapy li qieghed jingħata online, għalkemm b’mod limitat, għax dawn is-servizzi l-aħjar li jingħataw wiċċ imb’wiċċ.  

Jidher li lKummissjoni ftit li xejn ġiet kkonsultata mill-Gvern, għalkemm inħoloq Disability Task Force speċifikament minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19. Dan it-Task Force, li jiltaqa’ kull ġimgħa, huwa magħmul minn persuni b’diżabbiltà, għaqdiet u partijiet interessati li jaħdmu fis-settur. Għalkemm il-Kummissjoni ma ġietx ikkonsultata, hi dejjem enfasizzat l-importanza li l-miżuri li jittieħdu jkunu inklussivi u li ċertu miżuri ta’ prekawzjoni, bħall-użtal-maskra, mhux dejjem huma prattiċi għal persuni bl-awtizmudawk li għandhom problemi fin-nifs u persuni nieqsa mis-smigħ 

Madankollu, persuni b’diżabbiltà qed jibbenefikaw millbenefiċċju tat-€800 fix-xahar għal dawk l-impjegati b’diżabbiltà li jaħdmu full-time u part-time mal-Privat u li ma setgħux imorru għaxxogħol peress li huma f’riskju. Ingħatat ukoll assistenza lil ġenituri li jieħdu ħsieb tfal b’diżabbiltà. F’każ li ġenituri ma setgħux jagħmlu telework, ingħata benefiċċju biex dawn jibqgħu d-dar ħalli jieħdu ħsieb lil uliedhomanke jekk uliedhom għandhom iżjed minn 16-il sena 

Inħoloq ukoll servizz ta’ għajnuna biex inxtraw xirjiettqassim ta’ mediċini u anke ikliet lesti lill- anzjani u persuni b’diżabbiltà‘ partikularment fiżżmien ta’ kważi lockdown.  

Iżda l-Kummissjoni rċeviet diversi każijiet fejn persuni b’diżabbiltà sabu problemi fuq il-post tax-xogħolkemm fil-Privat kif ukoll minn maċĊivil jew mis-settur pubblikuMadankollu l-CRPD irnexxielha ssolvi l-każijiet li ġew quddiemha 

Minkejja li tinsab  kuntenta bil-miżuri li ħadet l-Aġenzija Sapport u entitajiet oħrajn, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tħoss li tista tingħata iżjed importanza lis-settur tad-diżabbiltà b’mod ġenerali Oliver  Scicluna jfakkar li tfal b’diżabbiltà li jmorru l-iskola u waqfu minħabba l-Coronavirus iltaqgħu ma’ sfidi akbar u dan flimkien mal-familji tagħhom. Hemm persuni li waqfu jirċievu terapiji għal ġimgħat sħaħ u huma f’riskju li jitilfu dak kollu li jkunu ħadmu fuqu l-ġenituri tagħhom qabel il-pandemija.  

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tinnota li filwaqt  li  l-Gvern qed jerħi iżjed restrizzjonijiet biex l-ekonomija terġa’ tirranka, irid iżomm f’moħħu li l-miżuri li ttieħdu f’dan ir-rigward kellhom isiru bi pjan biex ma jxekkilx l-aċċessibbiltà fiżika 

Voice of the Workers jisħaq li rridu nibqgħu niġġieldu l-Coronavirus flimkienEjja ma ninsewx lill-persuni b’diżabbiltà