Il-COVID-19 biddel ħajjitna ta’ taħt fuq b’tali mod li n-nies ma kinux iqisuh sa ftit tax-xhur ilu.  Pandemija li bdiet fiċ-Ċina issa żviluppat fi problema dinjija li ħolqot skumditajiet kbar fis-soċjetà. L-Unjoni Ewropea kienet minn ta’ quddiem biex tindirizza l-pandemija b’inizjattivi li qed ikunu implimentati sabiex jegħlbu l-virus. 

Għaddew numru ta’ xhur u l-prospettiva qed titjieb gradwalment. Bil-mod il-mod qed naħsdu r-riżultati ta’ inizjattivi straordinarji li b’mod sinifikanti bidlu l-mod kif qed ngħixu kuljum. Filwaqt li n-nies issa qed igawdu dan it-titjib kostanti, l-Unjoni Ewropea diġà qed tagħmel il-preparamenti neċessarji għal pjan ta’ irkupru. 

Il-fehma ġenerali hi li sabiex jiġġieldu t-tbassir ekonomiku kiefer, it-tweġiba tal-Unjoni Ewropea għandha tkun deċiżiva u ambizzjuża. Ċirkostanzi bla preċedent tassew jitolbu għal miżuri bla preċedent, u pjan sostenibbli għall-futur tal-Unjoni jeħtieġ li jiġi mfassal. 

S’issa, nafu li l-pjan ta’ irkupru x’aktarx ikun ibbażat fuq tliet pilastri fundamentali: 

  1. enfasi fuq oqsma l-aktar affettwati mill-miżuri tal-lockdown li kienu imposti matul l-imxija; 
  1. il-bidu mill-ġdid tal-ekonomija, speċjalment permezz ta’ investimenti privati, u 
  1. it-tisħiħ ta’ strumenti li wrew li kienu ta’ għajnuna matul il-kriżi.