Iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jirnexxu jekk l-ekonomija, u t-tkabbir tagħha, jaħdmu għalihom. Dan is-sentiment huwa ċentrali għall-pjani tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida sabiex tassigura Ewropa fejn il-ġustizzja soċjali u  l-prosperità ikunu fiċ-ċentru ta’  politika ekonomika.  

Tabilħaqq, ikun  għalxejn  jekk isiru sforzi lejn  tkabbir kostanti meta  l-ekonomija nnifisha mhux qed tilħaq kull parti tas-soċjetà. Hemm ħtieġa kbira għal Ewropa biex tkompli tappoġġja negozji żgħar,  partikularment permezz ta’  strateġija pjanata għall-SMEs biex ittejjeb l-aċċess tagħhom fis-suq. 

Negozji żgħar għandhom il-potenzjal li jsiru innovaturi prinċipali, fejn jikkontribwixxu lejn  ekonomija iżjed b’saħħitha u iżjed ġusta. Dan  fl-aħħar mill-aħħar  huwa s-sinsla tal-ekonomija Ewropa u  għandhom jimxu id f’id mhux biss mal-ħtiġiet ta’  industriji kompetittivi,  imma wkoll il-miri tal-Ewropa lejn in-newtralità tal-klima u l-ġustizzja soċjali. 

Ekonomija ġusta ċċentrata fuq iċ-ċittadini hi waħda mill-ewwel prijoritajiet elenkati minn  Ursola von der Leyen,  il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea. Din tinkludi paga minima ġusta madwar l-UE u strateġija biex tiġġieled il-faqar fl-istati membri, fost inizjattivi oħrajn.