Inpoġġu liċ-ċittadini fiċ-ċentru tat-tkabbir ekonomiku
Iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jirnexxu jekk l-ekonomija, u t-tkabbir tagħha, jaħdmu għalihom. Dan is-sentiment huwa ċentrali għall-pjani tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida sabiex tassigura Ewropa fejn il-ġustizzja soċjali u l-prosperità ikunu fiċ-ċentru ta’ politika ekonomika.
Tabilħaqq, ikun għalxejn jekk isiru sforzi lejn tkabbir kostanti meta l-ekonomija nnifisha mhux qed tilħaq kull parti tas-soċjetà. Hemm ħtieġa kbira għal Ewropa biex tkompli tappoġġja negozji żgħar, partikularment permezz ta’ strateġija pjanata għall-SMEs biex ittejjeb l-aċċess tagħhom fis-suq.
Negozji żgħar għandhom il-potenzjal li jsiru innovaturi prinċipali, fejn jikkontribwixxu lejn ekonomija iżjed b’saħħitha u iżjed ġusta. Dan fl-aħħar mill-aħħar huwa s-sinsla tal-ekonomija Ewropa u għandhom jimxu id f’id mhux biss mal-ħtiġiet ta’ industriji kompetittivi, imma wkoll il-miri tal-Ewropa lejn in-newtralità tal-klima u l-ġustizzja soċjali.
Ekonomija ġusta ċċentrata fuq iċ-ċittadini hi waħda mill-ewwel prijoritajiet elenkati minn Ursola von der Leyen, il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea. Din tinkludi paga minima ġusta madwar l-UE u strateġija biex tiġġieled il-faqar fl-istati membri, fost inizjattivi oħrajn.