Xi kategoriji ta’ ħaddiema jista’ jkun li mhux se jiġu kkumpensati b’jum żejjed ta’ vacation leave għal dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa, skont ma qed jgħid id-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER). L-agħar li se jintlaqtu din is-sena huma dawk li jaħdmu bir-roster day in day out, għax shift minnhom mhux se jkun ikkumpensat l-anqas b’ġurnata leave waħda għal btajjel pubbliċi li se jiġu fi tmiem il-ġimgħa. Dawn huma  Jum il-Ħaddiem, Santa Marija u l-Milied.

Il-konfużjoni dwar il-kwistjoni tal-leave ilha tirrenja mill-Baġit 2021, f’Ottubru li għadda, għax  sal-lum ingħataw tliet verżjonijiet differenti ta’ kif se titħaddem is-sistema tal-leave. Il-UĦM Voice of the Workers kienet talbet kjarifika però sal-lum qatt ma ngħatat risposta.  

Il-verżjoni tad-DIER

Korrispondenza uffiċjali li waslet għand Voice of the Workers Weekly tgħid li “kull meta vaganza pubblika taqa’ fi kwalunkwe jum tal-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ħadd) u l-impjegat full-time mhux skedat li jaħdem f’dik il-ġurnata (minn nofsillejl sa nofsillejl ta’ tali jum tal-festa pubblika) bħala parti mir-roster normali ta’ kull ġimgħa (ġurnata ta’ mistrieħ tal-impjegat minn nofsillejl sa nofsillejl), l-ekwivalenti f’sigħat ta’ ġurnata tax-xogħol waħda għandu jiżdied mal-leave tal-impjegat ”.

Dan ifisser li kull impjegat bis-shift li jaħdem fi btala pubblika jew li jkun imissu rest, night, jew day, mhux se jkun eliġibbli għall-jum żejjed ta’ leave. B’hekk l-allokazzjoni tal-leave annwali tagħhom din is-sena tista’ tkun ta’ 192 siegħa biss, f’każ li ma jikkwalifikawx għal ġurnata żejda għall-vaganzi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Dan ikun ifisser li l-allokazzjoni tal-leave tagħhom fl-2021 tkun 24 siegħa inqas mill-2020.

Il-verżjoni li ngħatat fil-Baġit

Fid-diskors tiegħu  tal-Baġit 2021,il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien qal li din is-sena kienet se tiżdied ġurnata leave. B’dan ir-raġunament dan kien ikun ifisser 224 siegħa, li huma tmien sigħat aktar mill-216-il siegħa tal-2020.Madankollu, il-gvern għamel U-Turn u qal li din il-ġurnata ma kienitx se tingħata fl-2021.

Abbozz ta’ Liġi 186

L-aħħar żvolta f’din is-saga seħħet nhar it-Tnejn li għadda fil-Parlament meta l-gvern ressaq abbozz ta’ liġi sabiex kull meta festa nazzjonali jew festa pubblika taqa’ nhar ta’ Sibt jew  Ħadd, din għandha titqies bħala ġurnata żejda leave għal dik is-sena partikolari. Taħt dan il-mekkaniżmu l-allokazzjoni totali tal-leave għall-2021 tkun 192 siegħa, flimkien ma’ tlett ijiem biex jikkumpensaw għat-tliet festi li se jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa.

Liema mekkaniżmu se japplika?

Fil-preżent kemm konfużjoni sħiħ dwar liema interpretazzjoni se tapplika jekk hux dik mogħtija fid-diskors tal-Baġit, l-abbozz ta’ liġi li qed jiġi diskuss fil-parlament jew l-interpretazzjoni mogħtija mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi. Sabiex tenfasizza d-diskrepanzi enormi, Voice of the Workers Weekly qieset diversi xenarji, skont tipi differenti ta’ shifts. F’kull każ ħdimna n-numru ta’ ġranet żejda ta’ leave għal kull permutazzjoni. It-tabelli jindikaw li l-agħar xenarju japplika jekk jiġi applikat il-mekkaniżmu tad-DIER għax ikun diffiċli ħafna għall-impjegati li jiksbu ġurnata żejda ta’ leave għall-vaganzi kollha li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Dwar dan nistennew li jkun hemm direzzjoni ċara mill-awtoritajiet.

Total ta’ sigħat ta’ leave fl-2021 skont it-tliet interpretazzjonijiet mogħtija- Id-diskors tal-Baġit, id-DIER u l-Abbozz 186 li qed jiġi diskuss fil-parlament.

Tip ta’ roster Day/Off/Rest/Night

It- tip ta’ roster Day/Night/Rest/OffMay 1Aug 15Dec 25DIERBudget SpeechBill 186
Day01020192224216
Off100200224216
Rest000192224216
Night011208224216

Tip ta’ roster 2-In/2-Out

Shift (skont ir-roster ta’ 1 Jan 2021)May 1Aug 15Dec 25DIERBudget SpeechBill 186
Day011208224216
Off100200224216
Off100200224216
Day011208224216

Tip ta’ roster Day In/Day Out

Shift (skont ir-roster ta’ 1 Jan 2021)May 1Aug 15Dec 25DIERBudget SpeechBill 186
Day In000192224216
Day Out111216224216

1 0 ifisser ma tingħatax ġurnata leave bħala kumpens

2 1 ifisser li tingħata ġurnata leave bħala kumpens