Imnedija kampanja ta’ għarfien madwar l-Ewropa dwar sustanzi perikolużi fil-post tax-xogħol
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurta’ u s-Saħħa fil-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) nediet il-kampanja madwar l-UE 2018-19, Postijiet tax-Xogħol b’Saħħithom Jimmaniġġjaw Sustanzi Perikolużi, fl-24 ta’ April.
It-tnedija timmarka l-bidu ta’ avvenimenti u servizzi fis-sentejn li ġejjin, immirati biex jiġbdu l-attenzjoni għall-kwistjoni u jippromwovu l-aħjar modi sabiex jittrattaw is-sustanzi perikolużi li jistgħu jolqtu lill-ħaddiema.
Kuntrarjament għal dak li jingħad issoltu, l-użu ta’ sustanzi perikolużi mhux qed jonqos fl-UE, u l-ħtieġa li jkunu kontrollati r-riskji li joħolqu, hija urġenti daqs qatt qabel. Uħud mis-sustanzi li l-ħaddiema huma l-aktar esposti għalihom jinkludu l-carcinogens (il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar ipproponiet li tillimita l-espożizzjoni tal-ħaddiema għal ħames sustanzi oħrajn li jikkawżaw il-kanċer).
Il-kampanja l-ġdida qed timmira li tippromwovi tekniki għall-aħjar immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi fil-post tax-xogħol billi jixxerrdu għodod prattiċi u studji ta’ każijiet. Tiffoka wkoll fuq gruppi ta’ ħaddiema li huma f’riskju partikulari. Il-kampanja ġġib flimkien firxa wiesgħa ta’ imsieħba, li tgħin biex tferrex il-messaġġi tal-kampanja li intrapriżi micro, żgħar jew ta’ daqs medju.
L-UE-OSHA hi wkoll sieħba tar-Roadmap on Carcinogens. Din l-iskema hi mmitrata sabiex tqajjem għarfien fuq il-carcinogens fil-post tax-xogħol u tipprovdi tagħrif prattiku u l-istudju tar-riskji kif ukoll eżempji ta’ prattiċi tajbin sabiex ir-riskji jkunu eliminati jew ikkontrollati.